10.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesarbeitsgericht Berlin-Brandenburg (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Ġunju 2011 — Rainer Reimann vs Philipp Halter GmbH & Co. Sprengunternehmen KG

(Kawża C-317/11)

2011/C 269/53

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesarbeitsgericht Berlin-Brandenburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Rainer Reimann

Konvenut: Philipp Halter GmbH & Co. Sprengunternehmen KG

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 31 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (1) jipprekludu dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali bħall-Artikolu 13(2) tal-Liġi Federali dwar il-leave (“Bundesurlaubsgesetz”, iktar ’il quddiem il-“BUrlG”), li tipprovdi li t-terminu ta’ erba’ ġimgħat leave annwali minimu jista’, għal ċerti snajja’, jitnaqqas permezz ta’ ftehim kollettiv?

(2)

L-Artikolu 31 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, jipprekludu dispożizzjoni ta’ ftehim kollettiv nazzjonali, bħal dik prevista mill-ftehim kollettiv qafas tal-industrija tal-kostruzzjoni (“Bundesrahmentarifvertrag Bau”, iktar ’il quddiem il-“BRTV-Bau”), li tipprovdi li ma jitnissel ebda dritt għal leave matul is-snin li fihom il-ħaddiem, minħabba mard, ma jkollux salarju gross ta’ ċertu ammont?

(3)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel u għat-tieni domanda:

Dispożizzjoni bħall-Artikolu 13(2) tal-BUrlG hija għaldaqstant inapplikabbli?

(4)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel, għat-tieni u għat-tielet domanda:

Għandu jkun hemm aspettattivi leġittimi fir-rigward tal-effiċjenza tad-dispożizzjoni tal-Artikolu 13(2) tal-BUrlG u tad-dispożizzjonijiet tal-BRTV-Bau, sa fejn huma kkonċernati perijodi qabel l-1 ta’ Diċembru 2009, data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona u tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali? L-imsieħba soċjali li nnegozjaw il-BRTV-Bau għandhom jingħataw żmien sabiex jiftiehmu huma stess dwar dispożizzjoni oħra?


(1)  Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381).