27.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fis-17 ta’ Ġunju 2011 — Rosanna Valenza vs Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato

(Kawża C-302/11)

2011/C 252/39

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Rosanna Valenza

Konvenuta: Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato

Domandi preliminari

(a)

Il-Klawżola 4(4) tal-Anness għad-Direttiva 1999/70/KE (1), li tipprovdi li “Kwalifiki ta’ perjodu ta’ servizz relatati għall-kondizzjonijiet partikolari ta’ l-impjieg għandhom ikunu l-istess għal ħaddiema għal terminu fiss kif ukoll għal ħaddiema permanenti ħlief meta kwalifiki ta’ tul ta’ servizz differenti huma ġustifikati fuq bażi oġġettivi”, flimkien mal-Klawżola 5, kif diġà interpretata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, li tipprovdi li hija leġittima l-prassi Taljana li, fis-servizz pubbliku, tiġi prekluża l-konverżjoni tal-kuntratt tax-xogħol għal żmien determinat f’kuntratt tax-xogħol għal żmien indeterminat, tipprekludi s-sistema nazzjonali tal-istabilizzazzjoni tal-impjegati għal żmien determinat (Artikolu 1(519) tal-Liġi Nru 296/2006) li ppermettiet l-impjieg dirett għal żmien indeterminat tal-ħaddiema diġà impjegati għal żmien determinat, b’deroga mir-regola tal-kompetizzjoni pubblika, iżda bit-tneħħija tal-anzjanità miksuba matul il-perijodu ta’ xogħol għal żmien determinat, jew it-telf tal-anzjanità, stabbilit mil-leġiżlatur nazzjonali, jifforma parti mid-deroga għal “bażi oġġettivi” li tapplika meta jkun hemm il-ħtieġa li jiġi evitat li t-teħid tar-rwol tal-impjegati għal żmien determinat isir b’detriment għall-ħaddiema li diġà għandhom dak ir-rwol, liema ħaġa ssir jekk ikun possibbli li l-anzjanità kweżita tittieħed inkunsiderazzjoni fir-rigward tal-impjegati għal żmien determinat?

(b)

L-imsemmija Klawżola 4(4) tal-Anness għad-Direttiva 1999/70/KE, li tipprovdi li “Kwalifiki ta’ perjodu ta’ servizz relatati għall-kondizzjonijiet partikolari ta’ l-impjieg għandhom ikunu l-istess għal ħaddiema għal terminu fiss kif ukoll għal ħaddiema permanenti ħlief meta kwalifiki ta’ tul ta’ servizz differenti huma ġustifikati fuq bażi oġġettivi”, flimkien mal-Klawżola 5, kif diġà interpretata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, li tgħid li hija leġittima l-prassi Taljana li, fis-servizz pubbliku, tiġi prekluża l-konverżjoni tal-kuntratt tax-xogħol għal żmien determinat f’kuntratt tax-xogħol għal żmien indeterminat, tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, filwaqt li tinżamm l-anzjanità fir-rigward tar-relazzjoni tax-xogħol għal żmien determinat, tistabbilixxi li jiġi tterminat il-kuntratt għal żmien determinat u li jiġi stabbilit kuntratt ġdid għal żmien indeterminat, differenti minn dak preċedenti u mingħajr ma tinżamm l-anzjanità kweżita (Artikolu 1(519) tal-Liġi Nru 296/2006)?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368.