10.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 269/25 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundeskommunikationssenat (l-Awstrija) fit-8 ta’ Ġunju 2011 — Sky Österreich GmbH vs Österreichischer Rundfunk
(Kawża C-283/11)
2011/C 269/47
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundeskommunikationssenat
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Sky Österreich GmbH
Konvenut: Österreichischer Rundfunk
Domandi preliminari
L-Artikolu 15(6) tad-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-10 ta’ Marzu 2010, dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva) (1) huwa kompatibbli mal-Artikoli 16 u 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mal-Artikolu 1 tal-Ewwel Protokoll tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (iktar ’il quddiem l-“Ewwel Protokoll”)?