|
30.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 226/16 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court of the United Kingdom (ir-Renju Unit) fil-25 ta’ Mejju 2011 — Regina, fuq applikazzjoni ta’ David Edwards, Lilian Pallikaropoulos vs Environment Agency, First Secretary of State, Secretary of State for Environment, Food and Rural Affairs
(Kawża C-260/11)
2011/C 226/30
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Supreme Court of the United Kingdom
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: David Edwards, Lilian Pallikaropoulos
Konvenuti: Environment Agency, First Secretary of State, Secretary of State for Environment, Food and Rural Affairs
Domandi preliminari
|
(1) |
Qorti tar-rinviju kif għandha taffronta l-kwistjoni tal-kundanna għall-ispejjeż ta’ individwu li jkun tilef bħala rikorrent f’rikors fil-qasam tal-ambjent, fid-dawl tar-rekwiżiti tal-Artikolu 9(4) tal-Konvenzjoni ta’ Århus, kif implementata bl-Artikolu 10a tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE (1) u l-Artikolu 15a tad-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KEE (2) (iktar ’il quddiem id-“Direttivi”)? |
|
(2) |
Il-kwistjoni dwar jekk din il-proċedura hijiex jew le “spiża projbittiva” fis-sens tal-Artikolu 9(4) tal-Konvenzjoni ta’ Århus, kif implementata mid-Direttivi, għandha tiġi deċiża fuq bażi oġġettiva (b’riferiment, pereżempju, għall-kapaċità ta’ individwu “medju” li jħallas eventwali spejjeż legali), jew din il-kwistjoni għandha tiġi deċiża fuq bażi suġġettiva (b’riferiment għar-riżorsi tar-rikorrent partikolari), jew inkella fuq il-kumbinazzjoni ta’ dawn iż-żewġ bażijiet? |
|
(3) |
Dan is-suġġett jaqa’ kompletament taħt id-dritt intern tal-Istati Membri sakemm l-għan stabbilit minn dawn id-Direttivi jintlaħaq, jiġifieri li l-proċedura inkwistjoni ma hijiex “spiża projbittiva”? |
|
(4) |
Sabiex jiġi ddeterminat jekk din il-proċedura hijiex “spiża projbittiva”, huwa relevanti li r-rikorrent ma ġiex verament skoraġġut milli jibda jew ikompli l-proċedura? |
|
(5) |
Huwa possibbli li jiġi adottat, fi stadju (i) ta’ appell jew (ii) tat-tieni appell, approċċ għal dawn id-domandi differenti minn dak li għandu jittieħed fl-ewwel istanza? |
(1) Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 248).
(2) Direttiva tal-Kunsill 96/61/KEE, tal-24 ta’ Settembru 1996, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 3, p. 80).