13.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal administratif de Rennes (Franza) fit-23 ta’ Mejju 2011 — Martial Huet vs Université de Bretagne occidentale

(Kawża C-251/11)

2011/C 238/07

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal administratif de Rennes

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Martial Huet

Konvenuta: Université de Bretagne occidentale

Domanda preliminari

Fil-każ fejn l-Istat jiddeċiedi li jġedded il-ħatra ta’ membru tal-persunal li kien irreklutat għal perijodu ta’ sitt snin b’kuntratt għal żmien determinat, l-obbligu li jintuża kuntratt għal żmien indeterminat previst fl-Artikolu 13 tal-Liġi tas-26 ta’ Lulju 2005 jimplika neċessarjament, fir-rigward tal-għanijiet tad-Direttiva Nru 1999/70 tat-28 ta’ Ġunju 1999 (1), ir-riproduzzjoni b’mod identiku fil-kuntratt il-ġdid tal-klawżoli prinċipali inklużi fl-aħħar kuntratt li ġie konkluż, b’mod partikolari dawk relatati mad-denominazzjoni tal-kariga u mar-remunerazzjoni?


(1)  Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368)