16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Mejju 2011 — Melzer vs MF Global UK Ltd

(Kawża C-228/11)

2011/C 211/33

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Melzer

Konvenuta: MF Global UK Ltd

Domanda preliminari

Fil-kuntest tal-ġurisdizzjoni f’materji li għandhom x’jaqsmu ma’ tort, delitt jew kważi delitt fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 44/2001 (1), fil-każ ta’ parteċipazzjoni transkonfinali ta’ diversi persuni fl-istess att illegali, huwa possibbli li għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-post fejn l-effett tal-ħsara jkun twettaq tittieħed inkunsiderazzjoni determinazzjoni alternattiva tal-post fejn ikun twettaq l-att?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42).