16.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 211/16 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber) (Ir-Renju Unit) fit-13 ta’ Mejju 2011 — Her Majesty’s Commissioners of Revenue and Customs vs Able UK Ltd
(Kawża C-225/11)
2011/C 211/31
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber) (Ir-Renju Unit)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Her Majesty’s Commissioners of Revenue and Customs
Konvenuta: Able UK Ltd
Domandi preliminari
(1) |
L-Artikolu 151(1)(ċ) tad-Direttiva Prinċipali dwar il-VAT (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jeżenta l-provvista fir-Renju Unit ta’ servizzi ta’ żmantellar ta’ bastimenti rtirati mis-servizz tal-US Navy lill-US Department of Transportation Maritime Administration f’waħda jew fiż-żewġ ċirkustanzi segwenti:
|
(1) Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (ĠU L 347, p. 1)