30.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 226/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fit-2 ta’ Mejju 2011 — Georg Köck vs Schutzverband gegen unlauteren Wettbewerb

(Kawża C-206/11)

2011/C 226/20

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Georg Köck

Konvenuta: Schutzverband gegen unlauteren Wettbewerb

Domanda preliminari

L-Artikoli 3(1) u 5(5) tad-Direttiva 2005/29/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali) jew dispożizzjonijiet oħra ta’ din id-direttiva, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li t-tħabbir ta’ bejgħ ta’ likwidazzjoni mingħajr l-awtorizzazzjoni mill-amministrazzjoni kompetenti huwa illegali u għalhekk għandu jiġi pprojbit fil-kuntest ta’ proċeduri legali, mingħajr ma jkun neċessarju li l-qorti li quddiemha jitressqu l-proċeduri tivverifika jekk tali prassi kummerċjali hijiex qarrieqa, aggressiva jew inkella żleali?


(1)  Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali) (ĠU L 149, p. 22).