|
23.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 219/3 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbeidsrechtbank Antwerpen (il-Belġju) fit-28 April 2011 — Anton Las v PSA Antwerp NV, li qabel kienet Hesse Noord Natie NV
(Kawża C-202/11)
2011/C 219/04
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Arbeidsrechtbank Antwerpen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Anton Las
Konvenut: PSA Antwerp NV, li kienet Hesse Noord Natie NV
Domanda preliminari
Id-digriet Fjamming dwar l-użu tal-lingwi tad-19 ta’ Lulju 1973 jikser l-Artikolu 39 KE dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fl-Unjoni Ewropea sa fejn jimponi fuq kull impriża li għandha s-sede tagħha stabbilita fir-reġjun ta’ lingwa Fjamminga, taħt piena ta’ nullità, li d-dokumenti kollha relatati mar-relazzjoni ta’ xogħol meta timpjega ħaddiem għal xogħol ta’ natura internazzjonali jinkitbu bl-Olandiż?