16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour constitutionnelle (Il-Belġju) fit-28 ta’ April 2011 — Eric Libert, Christian Van Eycken, Max Bleeckx, Syndicat national des propriétaires et copropriétaires (ASBL), Olivier de Clippele vs Il-Gvern Fjamming

(Kawża C-197/11)

2011/C 211/25

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour constitutionnelle

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Eric Libert, Christian Van Eycken, Max Bleeckx, Syndicat national des propriétaires et copropriétaires (ASBL), Olivier de Clippele

Konvenut: Il-Gvern Fjamming.

Intervenjenti: Collège de la Commission communautaire française, Gouvernement de la Communauté française, Conseil des ministres

Domanda preliminari

L-Artikoli 21, 45, 49, 56 u 63 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 22 u 24 tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-iskema stabbilita mill-Ktieb 5 tad-Digriet tar-Reġjun Fjamming tas-27 ta’ Marzu 2009 dwar il-politika tal-art u tal-immobbli, intitolat “Għajxien fir-reġjun tiegħek stess”, li jissuġġetta, f’ċerti komuni msejħa komuni mmirati, it-trasferiment ta’ artijiet u ta’ kostruzzjonijiet mibnija fuqhom għall-prova, mix-xerrej jew mill-kerrej, ta’ rabta suffiċjenti mal-komuni skont l-Artikolu 5.2.1(2) tad-Digriet?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46.