16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-18 ta’ April 2011 — Econord Spa vs Comune di Solbiate u Comune di Varese

(Kawża C-183/11)

2011/C 211/20

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato (l-Italja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Econord Spa

Konvenuti: Comune di Solbiate u Comune di Varese

Parti interessata: Aspem Spa

Domanda preliminari

Il-prinċipju li jipprovdi li s-sitwazzjoni individwali ta’ kull awtorità pubblika li għandha ishma fil-kumpannija ad hoc hija irrilevanti għandu japplika wkoll fil-każ meta wieħed mill-komuni assoċjati jkollu sehem wieħed biss fil-kumpannija ad hoc u meta l-ftehim tal-azzjonisti konklużi bejn l-awtoritajiet pubbliċi ma humiex adatti sabiex jagħtu l-iċken kontroll effettiv tal-kumpannija lill-komun azzjonarju, b’tali mod li s-sehem fil-kumpannija jista’ jitqies bħala s-sempliċi kuntest formali ta’ kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi?