|
11.6.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 173/7 |
Appell ippreżentat fil-5 ta’ April 2011 minn Cantiere navale De Poli SpA mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-3 ta’ Frar 2011 fil-Kawża T-584/08, Cantiere navale De Poli vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-167/11 P)
2011/C 173/15
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellanti: Cantiere navale De Poli SpA kumpannija fi stralċ u fi ftehim mal-kredituri (rappreżentanti: A. Abate u A. Franchi, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellanti
|
— |
tilqa’ l-appell intiż għall-annullament tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Frar 2011 u tad-deċiżjoni relatata tal-Kummissjoni Ewropea tal-21 ta’ Ottubru 2008 u, sa fejn ikun neċessarju u possibbli, tiddeċiedi direttament dwar il-mertu tar-rikors prinċipali; |
|
— |
sussidjarjament, tannulla u tirrinvija lill-Qorti Ġenerali; |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-kawża. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Permezz tal-appell tagħha, ir-rikorrenti tikkontesta s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Frar 2011, fil-Kawża T-584/08, Cantiere navale De Poli vs Il-Kummissjoni, b’mod partikolari minħabba dawn ir-raġunijiet:
|
(a) |
Difetti proċedurali minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni minħabba:
|
|
(b) |
Ksur tad-dritt Komunitarju minħabba:
|
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 485
(2) ĠU L 140, p. 1.