11.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Oviedo (Spanja) fil-5 ta’ April 2011 — Angel Lorenzo González Alonso vs Nationale Nederlanden Vida Cia De Seguros y Reaseguros S.A.E

(Kawża C-166/11)

2011/C 173/14

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia Provincial de Oviedo (Spanja).

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Angel Lorenzo González Alonso.

Konvenuta: Nationale Nederlanden Vida Cia De Seguros y Reaseguros S.A.E.

Domanda preliminari

L-Artikolu 3(2)(d) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/577, tal-20 ta’ Diċembru 1985, biex tħares lill-konsumatur rigward kuntratti nnegozjati barra mill-lok tan-negozju, għandu jiġi interpretati b’mod restrittiv u konsegwentement bħala li ma japplikax għal kuntratt innegozjat barra mil-lok tan-negozju u li joffri assigurazzjoni għall-ħajja bi skambju għall-ħlas kull xahar ta’ primjum intiż li jiġi investit, fi proporzjonijiet differenti, f’investimenti bi dħul fiss, f’investimenti bi dħul varjabbli u fi prodotti ta’ investiment finanzjarju tal-kumpannija inkwistjoni?