|
18.6.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 179/11 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundeskommunikationssenat (l-Awstrija) fl-4 ta’ April 2011 — Publikumsrat des Österreichischen Rundfunks vs Österreichischer Rundfunk
(Kawża C-162/11)
2011/C 179/20
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundeskommunikationssenat (l-Awstrija)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Publikumsrat des Österreichischen Rundfunks
Konvenut: Österreichischer Rundfunk
Domanda preliminari
L-Artikoli 1(ċ), 10, 11 u 18(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE, tat-3 ta’ Ottubru 1989, dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva tal-Istati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni (1), kif emendata bid-Direttiva 97/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Ġunju 1997, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti mil-liġi, minn regolamenti jew azzjoni amministrattiva fl-Istati Membri dwar l-eżerċizzju ta’ l-attivitajiet tax-xandir televiżivi (2), għandhom jiġu interpretati fis-sens li kull tip ta’ messaġġ dwar il-programmi u t-trażmissjonijiet tagħha stess (free-to-air) imxandra minn organizzazzjoni ta’ xandir televiżiv fil-programmi u t-trażmizzjonijiet tagħha jaqgħu fl-ambitu tal-kunċett ta’ “riklamar televiżiv” (Artikolu 1(ċ)) u li, għalhekk, ir-regoli, inter alia, dwar l-obbligu li ssir distinzjoni bejn ir-reklamar u l-bqija tal-programm u n-natura identifikabbli tar-reklamar, stipulati fl-Artikolu 10, kif ukoll dwar l-inklużjoni tar-reklamar bejn jew fit-trażmissjonijiet, stipulata fl-Artikolu 11, huma applikabbli wkoll għal dan it-tip ta’ messaġġ?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 224.
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 321.