11.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Napoli (l-Italja) fil-31 ta’ Marzu 2011 — Giuseppe Sibilio vs Comune di Afragola

(Kawża C-157/11)

2011/C 173/11

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Napoli

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Giuseppe Sibilio

Konvenut: Comune di Afragola

Domandi preliminari

(1)

Id-Direttiva 1999/70/KE (1) hija applikabbli għall-ħaddiema soċjalment utli, fi kliem ieħor, l-imsemmija ħaddiema għandhom jiġu kkunsidrati, fis-sens tal-klawżola 3(1), bħala persuni li r-relazzjoni tal-impjieg tagħhom hija ddefinita direttament bejn min iħaddem u l-ħaddiem u li t-terminu tagħha huwa ddeterminat minn kundizzjonijiet oġġettivi bħall-ilħuq ta’ data speċifika, li fil-kawża prinċipali kienet id-data tat-tmiem tal-proġett;

(2)

il-klawżola 4 tipprekludi li ħaddiem LSU/LPU jirċievi remunerazzjoni inqas minn dik ta’ ħaddiem għal żmien indeterminat li jaqdi l-istess funzjonijiet u li għandu l-istess anzjanità fis-servizz, biss minħabba li r-“relazzjoni” ta’ impjieg tiegħu kienet bdiet bil-mod deskritt preċedentement, fi kliem ieħor, jekk dan jikkostitwixxix raġuni oġġettiva li tista’ tiġġustifika remunerazzjoni inqas favorevoli?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368