|
23.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 219/2 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank ’s-Gravenhage, b’sede fi Zwolle-Lelystad (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-31 ta’ Marzu 2011 — Bibi Mohammad Imran vs Minister van Buitenlandse Zaken
(Kawża C-155/11)
2011/C 219/02
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank ’s-Gravenhage, b’sede fi Zwolle-Lelystad
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Bibi Mohammad Imran
Konvenut: Minister van Buitenlandse Zaken
Domandi preliminari
|
(1) |
L-Artikolu 7(2) tad-Direttiva dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja (1) jippermetti lil Stat Membru jirrifjuta d-dħul u r-residenza fit-territorju tiegħu lil membru tal-familja, kif imsemmi fl-Artikolu 4 ta’ din id-direttiva, ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li joqgħod legalment f’dan l-Istat Membru, għar-raġuni biss li dan il-membru tal-familja ma għaddiex barra mill-pajjiż mill-eżami ta’ integrazzjoni ċivika kif previst mil-leġiżlazzjoni ta’ dan l-Istat Membru? |
|
(2) |
Sabiex tingħata risposta għad-domanda 1, il-fatt li l-membru tal-familja inkwistjoni jkun l-omm ta’ tmient itfal, li sebgħa minnhom huma minuri, li joqogħdu legalment f’dan l-Istat Membru, huwa rilevanti? |
|
(3) |
Sabiex tingħata risposta għad-domanda 1, il-fatt li t-tagħlim fil-lingwa ta’ dan l-Istat Membru jkun aċċessibbli għall-membru tal-familja fl-Istat ta’ residenza, huwa rilevanti? |
|
(4) |
Sabiex tingħata risposta għad-domanda 1, il-kwistjoni jekk il-membru tal-familja, fid-dawl tal-livell ta’ edukazzjoni tiegħu u tas-sitwazzjoni personali tiegħu, b’mod partikolari s-sitwazzjoni medika tiegħu, ikunx jista’ jgħaddi minn dan l-eżami fi żmien qasir, huwa rilvenati? |
|
(5) |
Sabiex tingħata risposta għad-domanda 1, il-fatt li ebda stħarriġ ma seħħ fid-dawl tal-Artikoli 5(5) u 17 tad-Direttiva dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja, tal-Artikolu 24 tal-Karta tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Unjoni Ewropea, jew ukoll tal-prinċipju ta’ proporzjonalità huwa rilevanti? |
|
(6) |
Sabiex tingħata risposta għad-domanda 1, il-fatt li ċ-ċittadini ta’ ċerti pajjiżi terzi oħra huma eżentati, abbażi taċ-ċittadinanza tagħhom biss, mill-obbligu li jgħaddu barra mill-pajjiż mill-eżami ta’ integrazzjoni ċivika huwa rilevanti ? |
(1) Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE, tat-22 ta’ Settembru 2003, dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 224).