11.6.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 173/6 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesarbeitsgericht Berlin-Brandenburg (il-Ġermanja) fid-29 ta’ Marzu 2011 — Ahmed Mahamdia vs Ir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija
(Kawża C-154/11)
2011/C 173/10
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landesarbeitsgericht Berlin-Brandenburg (il-Ġermanja)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Ahmed Mahamdia.
Konvenuta: Ir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija
Domandi preliminari
(1) |
L-ambaxxata, li tinsab fi Stat Membru, ta’ Stat li jinsab barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Nru 44/2001”) (1) hija fergħa, aġenzija jew xi stabbiliment ieħor, fis-sens tal-Artikolu 18(2) tar-Regolament Nru 44/2001? |
(2) |
Fil-każ li tingħata risposta pożittiva għall-ewwel domanda: klawżola li tagħti l-ġurisdizzjoni, li tkun saret wara li tkun qamet il-kwistjoni, tista’ tkun il-bażi ta’ ġurisdizzjoni ta’ qorti li tinsab barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 44/2001 meta din il-klawżola li tagħti l-ġurisdizzjoni telimina l-ġurisdizzjoni bbażata fuq l-Artikoli 18 u 19 tar-Regolament Nru 44/2001? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42.