|
28.5.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 160/13 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Riigikohus (ir-Repubblika tal-Estonja) fil-25 ta’ Marzu 2011 — AS Pimix (fi stralċ) vs Maksu- ja Tolliameti Lõuna maksu- ja tollikeskus
(Kawża C-146/11)
2011/C 160/15
Lingwa tal-kawża: l-Estonjan
Qorti tar-rinviju
Riigikohus
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: AS Pimix, (fi stralċ),
Konvenuti: Maksu- ja Tolliameti Lõuna maksu- ja tollikeskus, Põllumajandusministeerium
Domandi preliminari
|
(1) |
Fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (sentenzi tal-11 ta’ Diċembru 2007, Skoma-Lux, C-161/06, Ġabra p. I-10841; tal-4 ta’ Ġunju 2009, Balbino, C-560/07, Ġabra p. I-4447; u tad-29 ta’ Ottubru 2009, Rakvere Lihakombinaat, C-140/08, Ġabra p. I-10533), id-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 288 tat-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 58 tal-Att ta’ adeżjoni għandhom jiġu interpretati fis-sens li jista’ jiġi rikjest li individwu għandu jissodisfa l-obbligu li jirriżulta mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1972/2003 (1), tal-10 ta’ Novembru 2003
|
|
(2) |
Mid-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 58 tal-Att ta’ Adeżjoni, tal-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll mill-premessa 3 u mill-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1972/2003, jista’ jiġi konkluż li l-Istat Membru jista’ jimponi fuq l-individwu l-ħlas ta’ taxxa fuq il-ħażniet żejda jekk, fl-1 ta’ Mejju 2004, ir-Regolament Nru 1972/2003 ma kienx ippubblikat bl-Estonjan fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, iżda li, meta saret it-tassazzjoni ulterjuri mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru, dan ir-regolament kien diġà ġie ppubblikat bl-Estonjan fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea? |
(1) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1972/2003, tal-10 ta’ Novembru 2003, dwar il-miżuri tranżitorji li għandhom ikunu adottati fir-rigward tal-kummerċ fi prodotti agrikoli minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, l-Polonja, Slovenja u Slovakkja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 40, p. 474)