|
18.6.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 179/8 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Hamburg (il-Ġermanja) fit-18 ta’ Marzu 2011 — Jürgen Blödel-Pawlik vs HanseMerkur Reiserversicherung AG
(Kawża C-134/11)
2011/C 179/13
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Hamburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Jürgen Blödel-Pawlik
Konvenuta: HanseMerkur Reiserversicherung AG
Domanda preliminari
L-Artikolu 7 tad-Direttiva 90/314/KEE (1) tat-13 ta’ Ġunju 1990 dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż japplika wkoll meta l-organizzatur tal-vjaġġ isir insolventi minħabba li sa mill-bidu nett huwa uża, b’mod frawdolenti, għal skopijiet oħra, il-flus kollha mħallsa mill-vjaġġaturi meta qatt ma kien ippjana li jorganizza dan il-vjaġġ?
(1) Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE, tat-13 ta’ Ġunju 1990, dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 10, p. 132).