11.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fit-2 ta’ Marzu 2011 — Ir-Repubblika tal-Ġermanja vs Z

(Kawża C-99/11)

2011/C 173/07

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Ġermanja

Konvenut: Z

Partijiet oħra: Der Vertreter des Bundesinteresses beim Bundesverwaltungsgericht; Der Bundesbeauftragte für Asylangelegenheiten beim Bundesamt für Migration und Flüchtlinge

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 9(1)(a) tad-Direttiva 2004/83/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li mhux kull interferenza għal-libertà tar-reliġjon li tikser l-Artikolu 9 tal-KEDB tikkostitwixxi neċessarjament att ta’ persekuzzjoni fis-sens tal-Artikolu 9(1)(a) tad-Direttiva 2004/83/KE, iżda li, ikun hemm ksur serju tal-libertà tar-reliġjon, bħala dritt fundamentali tal-bniedem, biss jekk dan jikkonċerna l-qalba ta’ din il-libertà tar-reliġjon?

(2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:

(a)

Il-qalba tal-libertà tar-reliġjon tinkludi biss id-dikjarazzjoni u l-espressjoni tat-twemmin fiż-żoni tad-dar u l-viċinanzi, jew jista’ jkun hemm att ta’ persekuzzjoni fis-sens tal-Artikolu 9(1)(a) tad-Direttiva 2004/83/KE anki fil-każijiet fejn, fil-pajjiż tal-oriġini, l-espressjoni tat-twemmin fil-pubbliku tagħti lok għal perikolu għall-ħajja, għall-integrità tal-persuna jew għal-libertà fiżika u l-applikant jirrinunzja minn tali espressjoni għal dawn ir-raġunijiet?

(b)

Fil-każ li l-qalba tal-libertà tar-reliġjon tista’ wkoll tinkludi ċerti prattiki reliġjużi fil-pubbliku:

huwa għalhekk suffiċjenti, sabiex ikun hemm ksur serju għal-libertà tar-reliġjon, li l-applikant jikkunsidra li tali espressjoni tat-twemmin tiegħu hija neċessarja għall-finijiet tal-identità reliġjuża tiegħu?

jew huwa wkoll neċessarju li l-komunità reliġjuża li jassoċja ruħu magħha l-applikant tqis din l-espressjoni reliġjuża bħala element ċentrali tad-dottrina reliġjuża tagħha?

jew huwa possibbli li jkun hemm restrizzjonijiet addizzjonali li jirriżultaw minn ċirkustanzi oħra, bħas-sitwazzjoni ġenerali tal-pajjiż tal-oriġini?

(3)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:

Hemm biża fondata ta’ persekuzzjoni, fis-sens tal-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva 2004/83/KE, jekk jiġi stabbilit li l-applikant ser iwettaq ċerti atti reliġjużi — barra dawk li ma jagħmlux parti mill-qalba — wara li jkun irritorna fil-pajjjiż tal-oriġini, minkejja li dawn tal-aħħar jagħtu lok għal perikolu għall-ħajja tiegħu, għall-integrità tal-persuna tiegħu u għal-libertà fiżika tiegħu, jew l-applikant huwa raġonevolment mistenni li jonqos milli jwettaq tali atti fil-futur?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-29 ta’ April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 96).