7.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/14


Appell ippreżentat fit-22 ta’ Frar 2011 minn Longevity Health Products, Inc. mis-sentenza mogħtija fis-16 ta’ Diċembru 2010 mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-Kawża T-363/09, Longevity Health Products, Inc. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Gruppo Lepetit SpA

(Kawża C-81/11 P)

2011/C 139/25

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Longevity Health Products, Inc. (rappreżentant: J. Korab, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Gruppo Lepetit SpA

Talbiet tal-appellanti

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tilqa’ l-appell ippreżentat mill-kumpannija Longevity Health Products, Inc.

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2010 fil-Kawża T-363/09

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali kisret id-dritt għal smigħ xieraq billi naqset milli tagħtiha terminu addizzjonali sabiex tirrispondi għas-sottomissjonijiet tal-UASI.

Hija ssostni wkoll li l-Qorti Ġenerali ma ddeċidietx dwar l-argumenti mressqa mill-proprjetarju tat-trade mark li jikkonċernaw il-probbabbiltà ta’ konfużjoni.