9.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Ivrea (l-Italja) fl-4 ta’ Frar 2011 — Proċeduri kriminali kontra Lucky Emegor

(Kawża C-50/11)

2011/C 113/14

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Ivrea

Parti fil-kawża prinċipali

Lucky Emegor

Domanda preliminari

Fid-dawl tal-prinċiji ta’ kooperazzjoni leali u ta’ effettività tad-direttivi, l-Artikoli 15 u 16 tad-Direttiva Komunitarja 2008/115/KE (1) jipprekludu l-possibbiltà li ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun qiegħed fit-territorju nazzjonali illegalment jista’ jiġi ssuġġettat għal piena ta’ priġunerija sa erba’ snin f’każ ta’ inosservanza tal-ordni inizjali tal-Questore ta’ tkeċċija mit-territorju nazzjonali fi żmien ħamest ijiem min-notifika, jew għal piena ta’ priġunerija minn sena sa ħames snin għall-inosservanza tal-ordnijiet suċċessivi, bl-obbligu ta’ arrest immedjat mill-pulizijia ġudizzjarja, bħala konsegwenza għan-nuqqas biss tiegħu li jikkollabora fil-proċedura ta’ deportazzjoni u b’mod partikolari għan-nuqqas ta’ osservanza tal-ordni amministrattiva ta’ tkeċċija?


(1)  ĠU L 348, p. 98