2.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 103/15


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Jannar 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-34/11)

2011/C 103/26

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Guerra e Andrade u A. Alcover San Pedro, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża

Talbiet

Tiddikjara li, billi ma żguratx li l-konċentrazzjonijiet ta’ PM10 fl-arja fl-ambjent ma jaqbżux il-valuri ta’ limitu imposti mill-Artikolu 13 tad-Direttiva 2008/50/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Mejju 2008, dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-imsemmi Artikolu 13 tad-Direttiva 2008/50/KE;

tikkundanna lir-Repubblika Portugiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Filwaqt li jitqiesu l-oġġezzjonijiet imqajma mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tagħha tas-26 ta’ Novembru 2009 u fid-dawl tar-rapporti pprovduti mill-Portugall, li juru li l-valuri ta’ limitu ta’ PM10 għadhom qed jinqabżu f’diversi żoni u agglomerazzjonijiet u f’ċerti każijiet jindikaw tendenza li jinqabżu l-limiti għal perijodu twil ta’ żmien, il-Kummissjoni tqis li l-Istat Portugiż ma huwiex qiegħed josserva d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2008/50/KE, u dan fir-rigward tal-agglomerazzjonijiet u ż-żoni ta’ Braga, Porto litoral, Área Metropolitana de Lisboa Norte u Área Metropolitana de Lisboa Sul.


(1)  GU L 152, p. 1.