9.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg (il-Ġermanja) fis-17 ta’ Jannar 2011 — Fleischkontor Moksel GmbH vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas

(Kawża C-23/11)

2011/C 113/06

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Fleischkontor Moksel GmbH

Konvenut: Hauptzollamt Hamburg-Jonas

Domandi preliminari

(1)

Id-detentur ta’ liċenzja tal-esportazzjoni għandu dritt għal rifużjoni fuq l-esportazzjoni biss meta huwa rreġistrat bħala esportatur fil-kaxxa 2 tad-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni ppreżentata fl-uffiċċju doganali kompetenti (Artikolu 5(7) tar-Regolament Nru 800/1999 (1))?

(2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda: l-uffiċċju doganali prinċipali (Hauptzollamt) responsabbli mir-rifużjoni huwa marbut bir-rettifika li saret sussegwentement, mill-uffiċċju doganali tal-esportazzjoni, tar-referenza li tinsab fil-kaxxa 2 tad-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni?

(3)

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għat-tieni domanda: id-dipartiment kompetenti għar-rifużjoni huwa intitolat, f’każ bħal dak tal-kawża prinċipali, li jinterpreta b’mod litterali r-referenza li tinsab fil-kaxxa 2 tad-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni u jirrifjuta it-talba għar-rifużjoni fuq l-esportazzjoni minħabba li l-persuna li ressqet it-talba għar-rifużjoni ma huwiex l-esportatur tal-prodotti koperti minn din it-talba, jew inkella għandu l-obbligu, li fejn ikun hemm kunflitt bejn id-deskrizzjoni tal-esportatur fil-kaxxa 2 tad-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni u d-dokument preċedenti li għalih ssir referenza fil-kaxxa 40 u/jew id-detentur tal-liċenzja tal-esportazzjoni indikat fil-kaxxa 44, li jikkonsulta lil min ressaq it-talba għar-rifużjoni fuq dan il-punt u, jekk meħtieġ, jikkoreġi ex officio r-referenza fil-kaxxa 2 tad-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni?


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999, tal-15 ta’ April 1999, li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 25, p. 129).