9.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Oldenburg (il-Ġermanja) fis-6 ta’ Jannar 2011 — Johann Bilker et vs EWE AG

(Kawża C-8/11)

2011/C 113/03

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Oldenburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Johann Bilker et

Konvenuta: EWE AG

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1) għandu jiġi interpetat fis-sens li liġijiet u regolamenti ma humiex suġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva anki fil-każ fejn, fil-kundizzjonijiet kuntrattwali tiegħu, negozjant jirreferi għal liġijiet jew regolamenti li ġew adottati fir-rigward ta’ grupp ieħor ta’ konsumaturi jew ta’ tip ieħor ta’ kuntratt? Fil-każ ta’ inapplikabbiltà tad-Direttiva, l-esklużjoni tal-applikabbiltà tagħha testendi wkoll għar-rekwiżit ta’ tfassil ċar u sempliċi inkluż fl-Artikolu 5?

(2)

L-ewwel sentenza tal-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur u r-raba’ sentenza tal-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2003/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2003, rigward regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 98/30/KE (2), għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma hemmx “klawżola sempliċi u ċara” jew li “livelli għoljin ta’ protezzjoni tal-konsumatur, b’mod partikolari rigward it-termini u l-kondizzjonijiet ġenerali ta’ l-appalti” ma humiex żgurati jekk negozjant jipprova jiġġustifika dritt unilaterali ta’ bidla fil-prezzijiet abbażi tal-fatt li, fil-kundizzjonijiet kuntrattwali tiegħu, huwa jirreferi globalment għal regolament li ġie adottat fir-rigward ta’ grupp ieħor ta’ konsumaturi jew ta’ tip ieħor ta’ kuntratt, u li fih, barra minn hekk, ir-regola rilevanti għad-dritt ta’ bidla fil-prezzijiet ma tissodisfax ir-rekwiżit ta’ trasparenza?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.

(2)  Direttiva 2003/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2003, rigward regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 98/30/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 12, Vol. 2, p. 230).