Kawża C-652/11 P

Mindo Srl

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Appell — Kompetizzjoni — Akkordju — Suq Taljan tax-xiri u tal-ewwel ipproċessar tat-tabakk mhux maħdum — Ħlas tal-multa mill-kodebitur in solidum — Interess ġuridiku — Oneru tal-prova”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-11 ta’ April 2013

  1. Appell – Aggravji – Kritika preċiża ta’ punt ta’ raġunament tal-Qorti Ġenerali u identifikazzjoni suffiċjenti tal-iżball ta’ liġi invokat – Ammissibbiltà

    (Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 168(1)(d) u 169(2))

  2. Appell – Aggravji – Insuffiċjenza ta’ motivazzjoni – Portata tal-obbligu ta’ motivazzjoni – Obbligu li tingħata risposta għall-argumenti ċari u preċiżi tal-appellant

    (Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 36, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 81)

  3. Proċedura ġudizzjarja – Produzzjoni tal-provi – Oneru tal-prova impossibbli – Inammissibbiltà

  1.  Mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 256(1) TFUE, mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea kif ukoll mill-Artikolu 168(1)(d) u 169(2) tar-Regoli tal-Proċedura ta’ din tal-aħħar jirriżulta li appell għandu jindika b’mod preċiż l-elementi kkritikati tas-sentenza li jkun qiegħed jintalab l-annullament tagħha, kif ukoll l-argumenti legali mqajma speċifikament insostenn ta’ din it-talba. Peress li l-appellanti invokat żbalji ta’ liġi mwettqa mill-Qorti Ġenerali billi identifikat b’mod suffiċjentement preċiż l-elementi kkritikati tas-sentenza appellata u billi speċifikat ir-raġunijiet li abbażi tagħhom hija tikkunsidra li dawk l-elementi huma vvizzjati b’tali żbalji, l-aggravju huwa ammissibbli.

    (ara l-punti 21, 22)

  2.  Ikun hemm insuffiċjenza ta’ motivazzjoni u, għaldaqstant, ksur tal-forom proċedurali sostanzjali meta sentenza tal-Qorti Ġenerali tiddikjara li l-ħlas tal-multa kollha imposta permezz ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni minn wieħed mid-destinatarji ta’ din id-deċiżjoni ma huwiex suffiċjenti sabiex joħloq kreditu favur dan tal-aħħar li jista’ jiġi saldat minn destinatarju ieħor bħala debitur in solidum tal-multa, u dan minkejja l-argumenti preċiżi fis-sens kuntrarju mid-debitur in solidum ikkonċernat.

    Bl-istess mod, ikun hemm ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni meta l-Qorti Ġenerali tonqos milli tagħti risposta għal parti ċentrali tal-argument tad-debitur in solidum, li għandu wkoll il-kwalità ta’ appellanti, billi tonqos b’mod partikolari milli tivverifika, minkejja argumenti ċari u preċiżi ppreżentati f’dan ir-rigward mid-debitur in solidum, jekk id-dritt tad-debitur li jeżerċita azzjoni ta’ rkupru bil-għan li jirkupra l-parti mill-multa mħallas minnu kienx preskritt jew le.

    Peress li l-appellanti ssostni li l-ftehim preventiv jippermetti lill-impriża li tkun waqqfet il-ħlasijiet li tirregola mill-ġdid id-dejn tagħha mal-kollettività tal-kredituri tagħha u li tkompli tmexxi l-attivitajiet tagħha, il-Qorti Ġenerali ma tistax sempliċiment tagħti risposta għal dan l-argument determinanti, billi tirrileva li d-debitur in solidum ma pproduċa l-ebda spjegazzjoni dwar ir-raġunijiet li abbażi tagħhom klassifika l-kreditur bħala “kreditur qabel l-għoti tas-sentenza” jew dwar ir-raġunijiet li abbażi tagħhom dan tal-aħħar ma pprovax javvanza l-kreditu tiegħu.

    (ara l-punti 36, 37, 39, 41, 44, 45)

  3.  Il-Qorti Ġenerali twettaq żball ta’ liġi meta tissuġġetta l-interess ġuridiku tal-appellanti għall-kundizzjoni li tipprova l-intenzjoni ta’ terz li jiftaħ kawża għall-irkupru tal-kreditu tiegħu u, konsegwentement, li timponi fuqha l-oneru ta’ prova impossibbli.

    Il-konstatazzjoni ta’ nuqqas ta’ interess ġuridiku fir-rigward tad-destinatarju ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni li timponi fuqu multa ma tistax tkun imsejsa fuq sempliċi suppożizzjonijiet, b’mod partikolari meta l-Qorti Ġenerali tkun naqset milli tieħu kont b’mod suffiċjenti ta’ numru ta’ elementi invokati mill-appellanti u li huma intiżi sabiex jitfgħu dawl differenti fuq iċ-ċirkustanzi tal-każ.

    (ara l-punti 50, 53)

Kawża C-652/11 P

Mindo Srl

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Appell — Kompetizzjoni — Akkordju — Suq Taljan tax-xiri u tal-ewwel ipproċessar tat-tabakk mhux maħdum — Ħlas tal-multa mill-kodebitur in solidum — Interess ġuridiku — Oneru tal-prova”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-11 ta’ April 2013

  1. Appell — Aggravji — Kritika preċiża ta’ punt ta’ raġunament tal-Qorti Ġenerali u identifikazzjoni suffiċjenti tal-iżball ta’ liġi invokat — Ammissibbiltà

    (Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 168(1)(d) u 169(2))

  2. Appell — Aggravji — Insuffiċjenza ta’ motivazzjoni — Portata tal-obbligu ta’ motivazzjoni — Obbligu li tingħata risposta għall-argumenti ċari u preċiżi tal-appellant

    (Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 36, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 81)

  3. Proċedura ġudizzjarja — Produzzjoni tal-provi — Oneru tal-prova impossibbli — Inammissibbiltà