1. Sigurtà soċjali — Ħaddiema migranti — Leġiżlazzjoni tal-Unjoni — Kamp ta’ applikazzjoni ratione personae — Kundizzjoni — Ħaddiem fis-sens tar-Regolament Nru 1408/71 — Kunċett — Persuna assigurata fi skema ta’ sigurtà soċjali ta’ Stat Membru
(Regolament tal-Kunsill Nru 1408/71, kif emendat bir-Regolament Nru 2082/93, Artikoli 2 u 4(1))
2. Sigurtà soċjali — Ħaddiema migranti — Benefiċċji tal-orfni — Regoli tal-Unjoni — Suġġett — Determinazzjoni tal-liġi applikabbli
(Regolament tal-Kunsill Nru 1408/71, kif emendat bir-Regolament Nru 1399/1999, Artikolu 78(2)(a) u (b), u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 79(1))
3. Sigurtà soċjali — Ħaddiema migranti — Kompetenza tal-Istati Membri li jamministraw is-sistemi tagħhom tas-sigurtà soċjali — Limiti — Osservanza tad-dritt tal-Unjoni
(Regolament tal-Kunsill Nru 1408/71, kif emendat bir-Regolament Nru 1399/1999)
4. Sigurtà soċjali — Ħaddiema migranti — Benefiċċji tal-orfni — Benefiċċji li għalihom huwa responsabbli l-Istat ta’ residenza — Aggregazzjoni tal-perijodi ta’ assigurazzjoni u ta’ impjieg neċessarji għall-akkwiżizzjoni tad-dritt għall-benefiċċji — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-perijodi ta’ assigurazzjoni u ta’ impjieg imwettaq imwettqa mill-uniku ġenitur mejjet fi Stat Membru ieħor, eskluż dak imwettaq mill-ġenitur — Inammissibbiltà
(Artikoli 21 TFUE, 45 TFUE sa 48 TFUE; (Direttiva tal-Kunsill 1408/71, kif emendata bir-Regolament Nru 1399/1999, Artikoli 72, 78(2), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 79(1)(a))
1. Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 28-30)
2. L-Artikolu 78 tar-Regolament Nru 1408/71, fil-verżjoni tiegħu emendata u aġġornata bir-Regolament Nru 118/97, kif emendat bir-Regolament Nru 1399/1999, jirregola b’mod ċert, biss, skont it-termini stess tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu (2)(a) u (b) tiegħu, id-dritt għall-benefiċċji tal-orfni ta’ ħaddiem mejjet. Bl-istess mod, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 79(1), ta’ dan ir-regolament, f’dak li jikkonċerna l-għoti ta’ benefiċċji, jirrigwarda biss, skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu (1) tiegħu, is-sitwazzjoni tal-mejjet.
Madankollu, dawn id-dispożizzjonijiet sempliċement jistabbilixxu regola ta’ kunflitt li l-għan tagħha huwa biss li tiddetermina, fil-każ ta’ orfni li l-ġenitur mejjet tagħhom kien jikkwalifika bħala ħaddiem, il-leġiżlazzjoni applikabbli kif ukoll l-istituzzjoni li għandha r-responsabbiltà tal-ħlas tal-benefiċċji intiżi fih. Min-naħa l-oħra, dawn ma għandhomx l-għan li jiddeterminaw il-kundizzjonijiet sostantivi tal-eżistenza tad-dritt għall-benefiċċji tal-orfni. Fl-assenza ta’ armonizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni Ewropea, kull Stat Membru jibqa’, għaldaqstant, kompetenti sabiex jiddetermina fil-leġiżlazzjoni tiegħu, b’osservanza tad-dritt tal-Unjoni, il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-benefiċċji ta’ sistema ta’ sigurtà soċjali. Minn dan jirriżulta li l-kwalifika ta’ “ħaddiem mejjet” tikkostitwixxi biss, fil-kuntest tal-Artikolu 78(2) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 79(1) tar-Regolament Nru 1408/71, kriterju ta’ rabta li jiddetermina, minn naħa, l-applikabbiltà ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u, minn naħa l-oħra, flimkien mal-post ta’ residenza tal-orfni, il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli.
(ara l-punti 35, 37, 39, 41-42)
3. Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 40-41)
4. L-Artikoli 72, 78(2)(b) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 79(1)(a) tar-Regolament Nru 1408/71 fil-verżjoni emendat u aġġornata tiegħu bir-Regolament Nru 118/97, kif emendat bir-Regolament Nru 1399/1999, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ Stat Membru tipprovdi li kemm il-ġenitur mejjet kif ukoll dak sopravissut, meta jikkwalifikaw bħala ħaddiema, jistgħu jagħtu dritt għal benefiċċji tal-orfni, dawn id-dispożizzjonijiet jeżiġu li l-perijodi ta’ assigurazzjoni u ta’ impjieg imwettqa mill-ġenitur sopravissut fi Stat Membru ieħor għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-aggregazzjoni tal-perijodi neċessarji għall-akkwiżizzjoni tad-dritt għall-benefiċċji fl-ewwel minn dawn l-Istati Membri. Mhux relevanti f’dan ir-rigward jekk il-ġenitur sopravissut ma jistax jinvoka ebda perijodu ta’ assigurazzjoni jew ta’ impjieg f’dan l-Istat Membru matul il-perijodu ta’ riferiment stabbilit minn din il-leġiżlazzjoni nazzjonali għall-akkwiżizzjoni ta’ dan id-dritt.
Fil-fatt, l-Artikoli 45 TFUE sa 48 TFUE, kif ukoll ir-Regolament Nru 1408/71, meħuda għall-implementazzjoni tagħhom, għandhom, b’mod partikolari, bħala għan li jevitaw li ħaddiem li, billi jkun għamel użu mid-dritt tiegħu ta’ moviment liberu, okkupa impjiegi f’iktar minn Stat Membru wieħed li, mingħajr ġustifikazzjoni oġġettiva, jittrattawh b’mod inqas favorevoli minn dak li jkun għamel il-karriera kollha tiegħu fi Stat Membru wieħed. Issa, l-assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni minn Stat Membru, biex jiddetermina l-eżistenza ta’ dritt għall-benefiċċji tal-orfni, tal-perijodi ta’ assigurazzjoni u ta’ impjieg imwettqa fi Stat Membru ieħor minn ħaddiem, ċittadin nazzjonali u ġenitur sopravissut ta’ wild ta’ ħaddiem mejjet, jista’ jqiegħed fi żvantaġġ lil dan il-ħaddiem biss minħabba li jkun eżerċita d-dritt tiegħu ta’ moviment liberu ggarantit mill-Artikolu 45 TFUE u, konsegwentement, dan jista’ jiddiswadih milli jmur lura fl-Istat Membru ta’ oriġini tiegħu wara l-mewt tal-konjuġi tiegħu waqt li jkun qed jeżerċita d-dritt tiegħu tal-moviment liberu skont din l-istess dispożizzjoni jew skont l-Artikolu 21 TFUE.
(ara l-punti 54, 55, 62 u d-dispożittiv)
Kawża C-619/11
Patricia Dumont de Chassart
vs
Office national d’allocations familiales pour travailleurs salariés (ONAFTS)
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal du travail de Bruxelles)
“Sigurtà soċjali — Regolament (KEE) Nru 1408/71 — Artikoli 72, 78(2)(b), u 79(1)(a) — Benefiċċji tal-familja tal-orfni — Aggregazzjoni ta’ perijodi ta’ assigurazzjoni u ta’ impjieg — Perijodi mwettqa mill-ġenitur sopravissut fi Stat Membru ieħor — Assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Frar 2013
Sigurtà soċjali – Ħaddiema migranti – Leġiżlazzjoni tal-Unjoni – Kamp ta’ applikazzjoni ratione personae – Kundizzjoni – Ħaddiem fis-sens tar-Regolament Nru 1408/71 – Kunċett – Persuna assigurata fi skema ta’ sigurtà soċjali ta’ Stat Membru
(Regolament tal-Kunsill Nru 1408/71, kif emendat bir-Regolament Nru 2082/93, Artikoli 2 u 4(1))
Sigurtà soċjali – Ħaddiema migranti – Benefiċċji tal-orfni – Regoli tal-Unjoni – Suġġett – Determinazzjoni tal-liġi applikabbli
(Regolament tal-Kunsill Nru 1408/71, kif emendat bir-Regolament Nru 1399/1999, Artikolu 78(2)(a) u (b), u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 79(1))
Sigurtà soċjali – Ħaddiema migranti – Kompetenza tal-Istati Membri li jamministraw is-sistemi tagħhom tas-sigurtà soċjali – Limiti – Osservanza tad-dritt tal-Unjoni
(Regolament tal-Kunsill Nru 1408/71, kif emendat bir-Regolament Nru 1399/1999)
Sigurtà soċjali – Ħaddiema migranti – Benefiċċji tal-orfni – Benefiċċji li għalihom huwa responsabbli l-Istat ta’ residenza – Aggregazzjoni tal-perijodi ta’ assigurazzjoni u ta’ impjieg neċessarji għall-akkwiżizzjoni tad-dritt għall-benefiċċji – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-perijodi ta’ assigurazzjoni u ta’ impjieg imwettaq imwettqa mill-uniku ġenitur mejjet fi Stat Membru ieħor, eskluż dak imwettaq mill-ġenitur – Inammissibbiltà
(Artikoli 21 TFUE, 45 TFUE sa 48 TFUE; (Direttiva tal-Kunsill 1408/71, kif emendata bir-Regolament Nru 1399/1999, Artikoli 72, 78(2), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 79(1)(a))
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 28-30)
L-Artikolu 78 tar-Regolament Nru 1408/71, fil-verżjoni tiegħu emendata u aġġornata bir-Regolament Nru 118/97, kif emendat bir-Regolament Nru 1399/1999, jirregola b’mod ċert, biss, skont it-termini stess tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu (2)(a) u (b) tiegħu, id-dritt għall-benefiċċji tal-orfni ta’ ħaddiem mejjet. Bl-istess mod, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 79(1), ta’ dan ir-regolament, f’dak li jikkonċerna l-għoti ta’ benefiċċji, jirrigwarda biss, skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu (1) tiegħu, is-sitwazzjoni tal-mejjet.
Madankollu, dawn id-dispożizzjonijiet sempliċement jistabbilixxu regola ta’ kunflitt li l-għan tagħha huwa biss li tiddetermina, fil-każ ta’ orfni li l-ġenitur mejjet tagħhom kien jikkwalifika bħala ħaddiem, il-leġiżlazzjoni applikabbli kif ukoll l-istituzzjoni li għandha r-responsabbiltà tal-ħlas tal-benefiċċji intiżi fih. Min-naħa l-oħra, dawn ma għandhomx l-għan li jiddeterminaw il-kundizzjonijiet sostantivi tal-eżistenza tad-dritt għall-benefiċċji tal-orfni. Fl-assenza ta’ armonizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni Ewropea, kull Stat Membru jibqa’, għaldaqstant, kompetenti sabiex jiddetermina fil-leġiżlazzjoni tiegħu, b’osservanza tad-dritt tal-Unjoni, il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-benefiċċji ta’ sistema ta’ sigurtà soċjali. Minn dan jirriżulta li l-kwalifika ta’ “ħaddiem mejjet” tikkostitwixxi biss, fil-kuntest tal-Artikolu 78(2) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 79(1) tar-Regolament Nru 1408/71, kriterju ta’ rabta li jiddetermina, minn naħa, l-applikabbiltà ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u, minn naħa l-oħra, flimkien mal-post ta’ residenza tal-orfni, il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli.
(ara l-punti 35, 37, 39, 41-42)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 40-41)
L-Artikoli 72, 78(2)(b) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 79(1)(a) tar-Regolament Nru 1408/71 fil-verżjoni emendat u aġġornata tiegħu bir-Regolament Nru 118/97, kif emendat bir-Regolament Nru 1399/1999, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ Stat Membru tipprovdi li kemm il-ġenitur mejjet kif ukoll dak sopravissut, meta jikkwalifikaw bħala ħaddiema, jistgħu jagħtu dritt għal benefiċċji tal-orfni, dawn id-dispożizzjonijiet jeżiġu li l-perijodi ta’ assigurazzjoni u ta’ impjieg imwettqa mill-ġenitur sopravissut fi Stat Membru ieħor għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-aggregazzjoni tal-perijodi neċessarji għall-akkwiżizzjoni tad-dritt għall-benefiċċji fl-ewwel minn dawn l-Istati Membri. Mhux relevanti f’dan ir-rigward jekk il-ġenitur sopravissut ma jistax jinvoka ebda perijodu ta’ assigurazzjoni jew ta’ impjieg f’dan l-Istat Membru matul il-perijodu ta’ riferiment stabbilit minn din il-leġiżlazzjoni nazzjonali għall-akkwiżizzjoni ta’ dan id-dritt.