Kawża C-601/11 P

Ir-Repubblika Franċiża

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Appell — Rikors għal annullament — Protezzjoni kontra l-enċefalopatiji sponġiformi kontaġġjużi — Regolament (KE) Nru 746/2008 — Regolament li jawtorizza miżuri ta’ sorveljanza u ta’ eradikazzjoni inqas vinkolanti minn dawk previsti preċedentement — Prinċipju ta’ prekawzjoni — Livell ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem — Elementi ġodda li jistgħu jbiddlu l-perċezzjoni tar-riskju — Nuqqas ta’ motivazzjoni — Żnaturament tal-fatti — Żball ta’ liġi”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-11 ta’ Lulju 2013

  1. Appell – Aggravji – Sempliċi repetizzjoni tal-motivi u tal-argumenti mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali – Inammissibbiltà – Kontestazzjoni tal-interpretazzjoni jew tal-applikazzjoni tad-dritt Komunitarju mwettqa mill-Qorti Ġenerali – Ammissibbiltà

    (it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58)

  2. Appell – Aggravji – Motivazzjoni insuffiċjenti – Użu ta’ motivazzjoni impliċita mill-Qorti Ġenerali – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet

    (it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 36 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 81)

  3. Atti tal-istituzzjonijiet – Natura proporzjonata – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Evalwazzjoni fid-dawl tal-elementi disponibbli fil-mument tal-adozzjoni tal-att – Leġiżlazzjoni intiża għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika – Applikazzjoni tal-prinċipju ta’ prekawzjoni u ta’ azzjoni preventiva – Okkorrenza ta’ elementi ġodda – Obbligu li tiġi aġġustata l-imsemmija leġiżlazzjoni

  4. Appell – Aggravji – Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-klassifikazzjoni ġuridika tal-fatti – Ammissibbiltà

    (Artikolu 256 TFUE)

  5. Agrikoltura – Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fil-qasam tal-ispezzjonijiet sanitarji – Miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward tal-enċefalopatiji sponġiformi kontaġġjużi – Adozzjoni fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni xjentifika tar-riskji – Flessibbiltà tal-miżuri preventivi preċedenti – Ammissibbiltà – Kundizzjoni – Żamma tal-livell ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem

    (Regolamenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 999/2001, Artikolu 24 u 24a, Nru 178/2002, Artikolu 7(2), u Nru 1923/2006)

  6. Agrikoltura – Politika agrikola komuni – Implementazzjoni – Evalwazzjoni xjentifika tar-riskji – Determinazzjoni tal-livell ta’ riskju – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti

    (Artikolu 168(1) TFUE)

  7. Appell – Aggravji – Motiv imressaq għall-ewwel darba fil-kuntest tal-appell – Inammissibbiltà

    (it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58)

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 70-72, 141)

  2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 82, 83)

  3.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 110)

  4.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 119)

  5.  Fil-kuntest tal-adozzjoni tal-miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward ta’ enċefalopatiji sponġiformi kontaġġjużi skont ir-Regolament Nru 999/2001, li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered, skont l-Artikolu 24a ta’ dan ir-regolament, li ġie inkluż bir-Regolament Nru 1923/2006, id-deċiżjonijiet li għandhom jiġu adottati skont waħda mill-proċeduri msemmija fl-Artikolu 24 tar-Regolament Nru 999/2001 għandhom ikunu bbażati fuq evalwazzjoni xierqa tar-riskji possibbli għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u għandhom, b’teħid inkunsiderazzjoni tal-evidenza xjentifika eżistenti, iżommu, jew jekk iġġustifikat xjentifikament iżidu, il-livell ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali kif żgurat fl-Unjoni.

    F’dan ir-rigward, minkejja li l-premessi tar-Regolament Nru 1923/2006 ma jinkludux spjegazzjoni fir-rigward tal-għan tad-dispożizzjoni kkonċernata, mix-xogħlijiet preparatorji jirriżulta li l-imsemmi Artikolu 24a kien maħsub bħala garanzija intiża li tevita li jiġu adottati, skont il-proċedura ta’ komitoloġija, miżuri li jistgħu jnaqqsu l-livell ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali fl-Unjoni. Madankollu, minn dan ma jirriżultax li l-imsemmi Artikolu 24a jeskludi kull flessibbiltà tal-miżuri preventivi preċedenti. Fil-fatt, minn naħa, l-Artikolu 24a tar-Regolament Nru 999/2001 ma jistabbilixxix bħala kriterju l-fatt li l-paragun għandu jsir fir-rigward tal-livell ta’ protezzjoni li jirriżulta mill-miżuri preventivi preċedenti adottati fl-istess qasam, iżda jirreferi b’mod ġenerali għal-livell ta’ protezzjoni tas-saħħa żgurat fl-Unjoni. Min-naħa l-oħra, kemm mill-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 178/2002, li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel, kif ukoll mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, jirriżulta li l-miżuri provviżorji tal-ġestjoni tar-riskju, li huma adottati fil-kuntest tal-inċertezza xjentifika, għandhom jiġu eżaminati mill-ġdid fi żmien raġonevoli sabiex jiġi ggarantit li jkunu proporzjonati u li ma jkunux iktar restrittivi għall-kummerċ minn dak li huwa neċessarju sabiex jinkiseb il-livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa magħżul mill-Unjoni.

    Għaldaqstant, il-livell ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem huwa marbut mill-qrib mal-livell ta’ riskju meqjus aċċettabbli għas-soċjetà, li jiddependi, min-naħa tiegħu, fuq għarfien xjentifiku disponibbli f’mument partikolari. Għalhekk, ma huwiex eskluż li, fid-dawl tal-evoluzzjoni tad-data xjentifika, l-istess livell ta’ protezzjoni jista’ jkun żgurat minn miżuri inqas restrittivi.

    (ara l-punti 131-136)

  6.  Fir-rigward tal-evalwazzjoni tar-riskji għas-saħħa tal-bniedem, peress li d-determinazzjoni tal-livell ta’ riskju meqjus aċċettabbli għas-soċjetà tikkonċerna qasam li fih il-Kummissjoni tintalab twettaq evalwazzjonijiet kumplessi u għandha setgħa diskrezzjonali wiesgħa, l-istħarriġ ġudizzjarju tal-eżerċizzju tal-kompetenza tagħha għandu jiġi limitat għall-eżami dwar jekk huwiex ivvizzjat bi żball manifest ta’ evalwazzjoni jew jekk il-leġiżlatur ikunx manifestament eċċeda l-limiti tas-setgħa diskrezzjonali tiegħu.

    (ara l-punti 142, 143)

  7.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 149)

Kawża C-601/11 P

Ir-Repubblika Franċiża

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Appell — Rikors għal annullament — Protezzjoni kontra l-enċefalopatiji sponġiformi kontaġġjużi — Regolament (KE) Nru 746/2008 — Regolament li jawtorizza miżuri ta’ sorveljanza u ta’ eradikazzjoni inqas vinkolanti minn dawk previsti preċedentement — Prinċipju ta’ prekawzjoni — Livell ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem — Elementi ġodda li jistgħu jbiddlu l-perċezzjoni tar-riskju — Nuqqas ta’ motivazzjoni — Żnaturament tal-fatti — Żball ta’ liġi”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-11 ta’ Lulju 2013

  1. Appell — Aggravji — Sempliċi repetizzjoni tal-motivi u tal-argumenti mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali — Inammissibbiltà — Kontestazzjoni tal-interpretazzjoni jew tal-applikazzjoni tad-dritt Komunitarju mwettqa mill-Qorti Ġenerali — Ammissibbiltà

    (it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58)

  2. Appell — Aggravji — Motivazzjoni insuffiċjenti — Użu ta’ motivazzjoni impliċita mill-Qorti Ġenerali — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet

    (it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 36 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 81)

  3. Atti tal-istituzzjonijiet — Natura proporzjonata — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Evalwazzjoni fid-dawl tal-elementi disponibbli fil-mument tal-adozzjoni tal-att — Leġiżlazzjoni intiża għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika — Applikazzjoni tal-prinċipju ta’ prekawzjoni u ta’ azzjoni preventiva — Okkorrenza ta’ elementi ġodda — Obbligu li tiġi aġġustata l-imsemmija leġiżlazzjoni

  4. Appell — Aggravji — Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-klassifikazzjoni ġuridika tal-fatti — Ammissibbiltà

    (Artikolu 256 TFUE)

  5. Agrikoltura — Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fil-qasam tal-ispezzjonijiet sanitarji — Miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward tal-enċefalopatiji sponġiformi kontaġġjużi — Adozzjoni fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni xjentifika tar-riskji — Flessibbiltà tal-miżuri preventivi preċedenti — Ammissibbiltà — Kundizzjoni — Żamma tal-livell ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem

    (Regolamenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 999/2001, Artikolu 24 u 24a, Nru 178/2002, Artikolu 7(2), u Nru 1923/2006)

  6. Agrikoltura — Politika agrikola komuni — Implementazzjoni — Evalwazzjoni xjentifika tar-riskji — Determinazzjoni tal-livell ta’ riskju — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Stħarriġ ġudizzjarju — Limiti

    (Artikolu 168(1) TFUE)

  7. Appell — Aggravji — Motiv imressaq għall-ewwel darba fil-kuntest tal-appell — Inammissibbiltà