Kawża C‑576/11

Il‑Kummissjoni Ewropea

vs

Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 91/271/KEE — Trattament tal-ilma urban mormi — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni — Artikolu 260 TFUE — Sanzjonijiet pekunjarji — Impożizzjoni ta’ pagamenti ta’ penalità u ta’ somma f’daqqa”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Novembru 2013

  1. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Terminu ta’ eżekuzzjoni – Data ta’ riferiment għall-evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu (Artikolu 228(2) KE; Artikolu 260(1) TFUE)

  2. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu li tiġi eżegwita s-sentenza – Sanzjonijiet pekunjarji – Pagamenti ta’ penalità – Kundanna għall-ħlas – Kundizzjoni – Nuqqas li jibqa’ jeżisti sal-eżami tal-fatti mill-Qorti tal-Ġustizzja

    (Artikolu 260(2) TFUE)

  3. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu li tiġi eżegwita s-sentenza – Sanzjonijiet pekunjarji – Pagamenti ta’ penalità – Determinazzjoni tal-ammont – Kriterji

    (Artikolu 260(2) TFUE)

  4. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu li tiġi eżegwita s-sentenza – Sanzjonijiet pekunjarji – Pagamenti ta’ penalità – Determinazzjoni tal-ammont – Pagament ta’ penalità rigressiva

    (Artikolu 260(2) TFUE; Direttiva tal-Kunsill 91/271)

  5. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu li tiġi eżegwita s-sentenza – Sanzjonijiet pekunjarji – Impożizzjoni ta’ somma f’daqqa – Setgħa diskrezzjonali tal-Qorti tal-Ġustizzja – Kriterji ta’ evalwazzjoni

    (Artikolu 260(1) TFUE)

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 29, 42)

  2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 43)

  3.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 46, 47)

  4.  Fir-rigward tal-possibbiltà li jittieħed inkunsiderazzjoni, għall-kalkolu tal-ammont tal-pagamenti ta’ penalità għal kuljum, it-tnaqqis progressiv tan-numru ta’ e.p. li ma jikkonformawx, jiġifieri mhux miġbur jew mhux ittrattat jew ittrattat b’mod mhux sodisfaċenti, li jippermetti li jittieħed inkunsiderazzjoni l-progress imwettaq mill-Istat Membru bil-għan li tiġi eżegwita s-sentenza li tikkonstata li dan l-Istat Membru naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu bis-saħħa tad-Direttiva 91/271, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi, u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, għandhom jiġu kkunsidrati ċ-ċirkustanzi aggravanti kkonstatati mill-Kummissjoni.

    Il-pagamenti ta’ penalità ma jistgħux jiġu sospiżi jew imnaqqsa qabel l-Istat Membru ma jkunx ħa l-miżuri kollha neċessarji li jinkludu l-eżekuzzjoni tas-sentenza li jikkonstataw in-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu u, b’konsegwenza, l-eżekuzzjoni tal-obbligi previsti mid-Direttiva 91/271, meta dan l-Istat Membru kellu, sa dan il-jum, iktar milli biżżejjed żmien biex jeżegwixxi bis-sħiħ din is-sentenza, u meta indika t-territorju sħiħ nazzjonali bħala “żona sensittiva”, l-awtoritajiet nazzjonali ddeċidew li l-massa ta’ ilma tal-wiċċ kienet diġà affettwata jew setgħet tiġi affettwata f’qasir żmien minn fenomenu ta’ ewtrofiżazzjoni, li jwassal sabiex jiġi kkunsidrat li l-Istat Membru ma setax jinjora n-neċessità li wieħed jipproċedi bix-xogħlijiet li jippermettu li l-impjanti ta’ trattament tiegħu jsiru konformi mad-dritt tal-Unjoni, mill-inqas mid-data meta l-awtoritajiet nazzjonali kkonfermaw din l-indikazzjoni lill-Kummissjoni.

    (ara l-punti 48, 51-54)

  5.  In-natura, il-kumplessità, l-ispiża u t-tul tat-twettiq ta’ proġetti kbar ta’ infrastruttura mill-Istat Membru kkundannat talli naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu bis-saħħa tal-Artikolu 260(1) TFUE għandhom jiġu kkunsidrati kemm fl-evalwazzjoni tan-neċessità li tiġi imposta somma f’daqqa kif ukoll fl-iffissar tal-ammont tagħha.

    (ara l-punt 61)

Kawża C‑576/11

Il‑Kummissjoni Ewropea

vs

Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 91/271/KEE — Trattament tal-ilma urban mormi — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni — Artikolu 260 TFUE — Sanzjonijiet pekunjarji — Impożizzjoni ta’ pagamenti ta’ penalità u ta’ somma f’daqqa”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Novembru 2013

  1. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Terminu ta’ eżekuzzjoni — Data ta’ riferiment għall-evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu (Artikolu 228(2) KE; Artikolu 260(1) TFUE)

  2. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu li tiġi eżegwita s-sentenza — Sanzjonijiet pekunjarji — Pagamenti ta’ penalità — Kundanna għall-ħlas — Kundizzjoni — Nuqqas li jibqa’ jeżisti sal-eżami tal-fatti mill-Qorti tal-Ġustizzja

    (Artikolu 260(2) TFUE)

  3. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu li tiġi eżegwita s-sentenza — Sanzjonijiet pekunjarji — Pagamenti ta’ penalità — Determinazzjoni tal-ammont — Kriterji

    (Artikolu 260(2) TFUE)

  4. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu li tiġi eżegwita s-sentenza — Sanzjonijiet pekunjarji — Pagamenti ta’ penalità — Determinazzjoni tal-ammont — Pagament ta’ penalità rigressiva

    (Artikolu 260(2) TFUE; Direttiva tal-Kunsill 91/271)

  5. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu li tiġi eżegwita s-sentenza — Sanzjonijiet pekunjarji — Impożizzjoni ta’ somma f’daqqa — Setgħa diskrezzjonali tal-Qorti tal-Ġustizzja — Kriterji ta’ evalwazzjoni