Kawżi magħquda C‑566/11, C‑567/11, C‑580/11, C‑591/11, C‑620/11 u C‑640/11

Iberdrola SA et

(talbiet għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Protezzjoni tas-saff tal-ożonu — Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità — Metodu ta’ allokazzjoni ta’ kwoti — Allokazzjoni mingħajr ħlas ta’ kwoti”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2013

  1. Ambjent – Tniġġis atmosferiku – Direttiva 2003/87 – Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’ gassijiet serra – Metodu ta’ allokazzjoni ta’ kwoti – Allokazzjoni mingħajr ħlas ta’ kwoti – Prinċipju – Portata – Produtturi tal-elettriku li inkludew il-valur tal-kwoti ta’ emissjonijiet allokati mingħajr ħlas fil-kalkolu tal-prezz tal-elettriku – Miżura nazzjonali li tnaqqas ir-remunerazzjoni tal-attività ta’ produzzjoni tal-elettriku bl-ammont ekwivalenti għaż-żieda fl-imsemmija remunerazzjoni minħabba din il-prattika – Ammissibbiltà

    (Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/87, Artikolu 10, u 2009/29, premessi 15 u 19)

  2. Ambjent – Tniġġis atmosferiku – Direttiva 2003/87 – Għan – Tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra – Osservanza tal-għanijiet sekondarji u tal-għodod iddefiniti mid-direttiva

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/87, premessi 5 u 7)

  1.  L-Artikolu 10 tad-Direttiva 2003/87, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix l-applikazzjoni ta’ miżuri leġiżlattivi nazzjonali li l-għan u l-effett tagħhom huwa li titnaqqas ir-remunerazzjoni tal-attività ta’ produzzjoni tal-elettriku bl-ammont li bih l-imsemmija remunerazzjoni żdiedet minħabba l-inklużjoni tal-valur tal-kwoti ta’ emissjonijiet allokati mingħajr ħlas fil-prezzijiet tal-offerti ta’ bejgħ fis-suq bl-ingrossa tal-elettriku.

    Fil-fatt, l-Istati Membri jistgħu, bħala prinċipju, jadottaw miżuri ta’ politika ekonomika, bħal kontroll tal-prezzijiet fis-swieq ta’ ċerti oġġetti jew riżorsi essenzjali, li jiddeterminaw il-mod kif il-valur tal-kwoti ta’ emissjonijiet allokati mingħajr ħlas lill-produtturi jaffettwa lill-konsumaturi, bil-kundizzjoni li l-adozzjoni ta’ tali miżuri ma tinnewtralizzax il-prinċipju ta’ allokazzjoni mingħajr ħlas ta’ kwoti ta’ emissjonijiet, u lanqas ma tippreġudika l-għanijiet tad-Direttiva 2003/87.

    Għal dak li jirrigwarda l-prinċipju ta’ allokazzjoni mingħajr ħlas ta’ kwoti ta’ emissjonijiet, il-kunċett ta’ mingħajr ħlas previst fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 2003/87 jipprekludi mhux biss l-iffissar dirett ta’ prezz għall-allokazzjoni ta’ kwoti ta’ emissjoni, iżda wkoll il-ġbir sussegwenti ta’ taxxa fil-kuntest tal-allokazzjoni tal-imsemmija kwoti.

    Madankollu, l-allokazzjoni mingħajr ħlas ta’ kwoti ta’ emissjonijiet kienet intiża mhux sabiex jingħataw sussidji lill-produtturi kkonċernati, iżda sabiex tnaqqas l-impatt ekonomiku tal-introduzzjoni immedjata u unilaterali mill-Unjoni Ewropea ta’ suq ta’ kwoti ta’ emissjonijiet, u b’hekk jiġi evitat telf ta’ kompetittività ta’ ċerti setturi ta’ produzzjoni li jaqgħu taħt din id-direttiva. Il-mekkaniżmu ta’ allokazzjoni mingħajr ħlas ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ma jirrikjedix għalhekk li l-produtturi tal-elettriku jkunu jistgħu jinkludu l-valur ta’ dawn il-kwoti fil-prezzijiet tal-elettriku u b’hekk jiksbu qligħ eċċezzjonali.

    Għal dak li jirrigwarda l-assenza ta’ preġudizzju għall-għanijiet tad-Direttiva 2003/87, billi tikkumpensa l-qligħ eċċezzjonali li jirriżulta mill-allokazzjoni mingħajr ħlas ta’ kwoti, leġiżlazzjoni nazzjonali ma tippreġudikax l-iskop tal-iskema, stabbilita mid-Direttiva 2003/87, li jitnaqqsu l-emissjonijiet, abbażi tal-inklużjoni tal-ispejjeż ambjentali fil-kalkolu tal-prezzijiet tal-prodotti, peress li, fl-ewwel lok, l-allokazzjoni mingħajr ħlas ta’ kwoti ta’ emissjonijiet kienet miżura tranżitorja intiża sabiex jiġi evitat telf ta’ kompetittività tal-impriżi minħabba l-istabbiliment ta’ skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet u għalhekk ma tikkonċernax direttament l-għan ambjentali ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet; fit-tieni lok, il-leġiżlazzjoni inkwistjoni ma taffettwax is-suq tal-kwoti ta’ emissjonijiet, iżda l-qligħ eċċezzjonali miksub mill-produtturi kollha tal-elettriku minħabba l-inklużjoni tal-valur tal-imsemmija kwoti fil-kalkolu tal-prezz tal-offerti miżmuma għall-finijiet tal-iffissar tal-prezz fis-suq bl-ingrossa tal-elettriku, fid-dawl tan-natura marġinali ta’ dan is-suq; fit-tielet lok, il-leġiżlazzjoni inkwistjoni, minkejja li tista’ tnaqqas l-inċentiv li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, ma tneħħihx totalment, u għalhekk ma tippreġudikax l-għan ambjentali tad-Direttiva 2003/87 li jiġi inkoraġġit it-tnaqqis tal-emissjonijiet.

    (ara l-punti 29-31, 39, 41, 44-46, 48, 58, 59 u d-dispożittiv)

  2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 43)

Kawżi magħquda C‑566/11, C‑567/11, C‑580/11, C‑591/11, C‑620/11 u C‑640/11

Iberdrola SA et

(talbiet għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Protezzjoni tas-saff tal-ożonu — Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità — Metodu ta’ allokazzjoni ta’ kwoti — Allokazzjoni mingħajr ħlas ta’ kwoti”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2013

  1. Ambjent — Tniġġis atmosferiku — Direttiva 2003/87 — Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’ gassijiet serra — Metodu ta’ allokazzjoni ta’ kwoti — Allokazzjoni mingħajr ħlas ta’ kwoti — Prinċipju — Portata — Produtturi tal-elettriku li inkludew il-valur tal-kwoti ta’ emissjonijiet allokati mingħajr ħlas fil-kalkolu tal-prezz tal-elettriku — Miżura nazzjonali li tnaqqas ir-remunerazzjoni tal-attività ta’ produzzjoni tal-elettriku bl-ammont ekwivalenti għaż-żieda fl-imsemmija remunerazzjoni minħabba din il-prattika — Ammissibbiltà

    (Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/87, Artikolu 10, u 2009/29, premessi 15 u 19)

  2. Ambjent — Tniġġis atmosferiku — Direttiva 2003/87 — Għan — Tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra — Osservanza tal-għanijiet sekondarji u tal-għodod iddefiniti mid-direttiva