Kawża C-565/11
Mariana Irimie
vs
Administraţia Finanţelor Publice Sibiu u Administraţia Fondului pentru Mediu
(talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mit-Tribunalul Sibiu)
“Ħlas lura tat-taxxi miġbura minn Stat Membru bi ksur tad-dritt tal-Unjoni — Skema nazzjonali li tillimita l-interessi dovuti mill-imsemmi Stat fuq it-taxxa mħallsa lura — Interessi kkalkolati mill-jum ta’ wara d-data tat-talba għall-ħlas lura tat-taxxa — Nuqqas ta’ konformità mad-dritt tal-Unjoni — Prinċipju ta’ effettività”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-18 ta’ April 2013
Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Limiti – Ġurisdizzjoni tal-qorti nazzjonali – Klassifikazzjoni legali tar-rikors fil-kawża prinċipali
(Artikolu 267 TFUE)
Dritt tal-Unjoni Ewropea – Effett dirett – Taxxi nazzjonali inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni – Ħlas lura – Modalitajiet – Applikazzjoni tad-dritt nazzjonali – Limiti – Osservanza tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività tad-dritt tal-Unjoni – Skema nazzjonali li tillimita l-interessi mogħtija għal dawk dekorribbli mill-jum ta’ wara d-data tat-talba għall-ħlas lura – Inammissibbiltà
Ma huwiex kompitu tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikklassifika legalment ir-rikors ippreżentat mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali. F’dan il-każ, hija din tal-aħħar li għandha tispeċifika n-natura u l-bażi tar-rikors tagħha, taħt l-istħarriġ tal-qorti nazzjonali.
(ara l-punt 19)
Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi skema nazzjonali li tillimita l-interessi mogħtija fil-każ ta’ ħlas lura ta’ taxxa miġbura bi ksur tad-dritt tal-Unjoni għal dawk li jiddekorru mill-jum ta’ wara d-data tat-talba għall-ħlas lura ta’ dik it-taxxa.
Fil-fatt, fl-assenza ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni, huwa l-ordinament ġuridiku intern ta’ kull Stat Membru li għandu jipprovdi għall-kundizzjonijiet li fihom għandhom jitħallsu tali interessi, b’mod partikolari r-rati u l-metodu tal-kalkolu ta’ dawn l-interessi, bla ħsara għall-osservanza tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività.
Issa, skema nazzjonali li tillimita l-interessi għal dawk li jiddekorru mill-jum ta’ wara d-data tat-talba għall-ħlas lura tat-taxxa miġbura indebitament, ma tissodisfax il-prinċipju ta’ effettività, li jeżiġi, f’każ ta’ sitwazzjoni ta’ ħlas lura ta’ taxxa miġbura minn Stat Membru bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, li r-regoli nazzjonali relatati partikolarment mal-kalkolu tal-interessi eventwalment dovuti ma jwasslux biex iċaħħdu lill-persuna taxxabbli minn kumpens xieraq minħabba t-telf ikkawżat mill-ħlas indebitu tat-taxxa. Fil-fatt, dak it-telf jiddependi, b’mod partikolari, fuq it-tul tan-nuqqas ta’ disponibbiltà tas-somma mħallsa indebitament bi ksur tad-dritt tal-Unjoni u għalhekk, fil-prinċipju, jirriżulta fil-perijodu bejn id-data tal-ħlas indebitu tat-taxxa inkwistjoni u d-data tal-ħlas lura ta’ din tal-aħħar.
(ara l-punti 23, 26-29 u d-dispożittiv)
Kawża C-565/11
Mariana Irimie
vs
Administraţia Finanţelor Publice Sibiu u Administraţia Fondului pentru Mediu
(talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mit-Tribunalul Sibiu)
“Ħlas lura tat-taxxi miġbura minn Stat Membru bi ksur tad-dritt tal-Unjoni — Skema nazzjonali li tillimita l-interessi dovuti mill-imsemmi Stat fuq it-taxxa mħallsa lura — Interessi kkalkolati mill-jum ta’ wara d-data tat-talba għall-ħlas lura tat-taxxa — Nuqqas ta’ konformità mad-dritt tal-Unjoni — Prinċipju ta’ effettività”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-18 ta’ April 2013
Domandi preliminari — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Limiti — Ġurisdizzjoni tal-qorti nazzjonali — Klassifikazzjoni legali tar-rikors fil-kawża prinċipali
(Artikolu 267 TFUE)
Dritt tal-Unjoni Ewropea — Effett dirett — Taxxi nazzjonali inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni — Ħlas lura — Modalitajiet — Applikazzjoni tad-dritt nazzjonali — Limiti — Osservanza tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività tad-dritt tal-Unjoni — Skema nazzjonali li tillimita l-interessi mogħtija għal dawk dekorribbli mill-jum ta’ wara d-data tat-talba għall-ħlas lura — Inammissibbiltà