Keywords
Summary

Keywords

1. Domandi preliminari — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Identifikazzjoni tal-punti rilevanti ta’ dritt tal-Unjoni — Riformulazzjoni tad-domandi

(Artikolu 267 TFUE)

2. Moviment liberu tal-persuni — Ħaddiema — Dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni — Ħaddiem residenti fi Stat Membru, impjegat ta’ impriża ta’ Stat Membru ieħor u li teżerċita l-attivitajiet tagħha f’pajjiż terz — Kundizzjoni ta’ applikazzjoni — Rabta tar-relazzjoni lavorattiva mad-dritt ta’ Stat Membru

(Artikolu 45 TFUE)

3. Moviment liberu tal-persuni — Ħaddiema — Restrizzjonijiet — Esklużjoni tal-eżenzjoni mit-taxxa fuq id-dħul għal xogħlijiet imwettqa minn ħaddiem residenti fi Stat Membru u impjegat ta’ impriża ta’ Stat Membru ieħor — Inammissibbiltà — Ġustifikazzjoni — Assenza

(Artikolu 45 TFUE)

4. Moviment liberu tal-persuni — Ħaddiema — Restrizzjonijiet — Ħaddiem residenti fi Stat Membru, impjegat ta’ impriża ta’ Stat Membru ieħor u li teżerċita l-attivitajiet tagħha f’pajjiż terz — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-eżenzjoni mit-taxxa fuq id-dħul ta’ dan tal-aħħar għall-provvista ta’ informazzjoni mill-Istat terz — Kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam fiskali — Direttiva 2011/16 — Obbligu ta’ assistenza reċiproka tal-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru u ta’ Stat terz — Assenza

(Artikolu 45 TFUE; Direttivi tal-Kunsill 77/799 u 2011/16)

Summary

1. Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 23-24)

2. Id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni jistgħu japplikaw għal attivitajiet professjonali eżerċitati barra mit-territorju tal-Unjoni, meta r-relazzjoni ta’ xogħol iżżomm rabta suffiċjentement stretta ma’ dan it-territorju. Dan il-prinċipju għandu jinftiehem li huwa intiż ukoll għall-każijiet li fihom ir-relazzjoni ta’ xogħol hija marbuta b’mod suffiċjenti mad-dritt ta’ Stat Membru u, b’konsegwenza, mar-regoli rilevanti tad-dritt tal-Unjoni

Tali rabta tista’ tirriżulta miċ-ċirkustanza li ċittadin tal-Unjoni, residenti fi Stat Membru, ġie ingaġġat minn impriża stabbilita fi Stat Membru ieħor u li jkun eżerċita l-attivitajiet tiegħu f’isimha. Il-fatt li huwa jeżerċita l-attività tiegħu fil-kuntest tal-għajnuna għall-iżvilupp b’mod iffokat esklużivament fuq l-Istat terz, ma jistax jikkontesta l-elementi ta’ rabta mad-dritt tal-Unjoni

(ara l-punti 41-43)

3. L-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ Stat Membru li tistabbilixxi li d-dħul riċevut abbażi ta’ impjiegi minn persuna taxxabbli residenti ta’ dak l-Istat Membru u ssuġġettat b’mod illimitat huwa eżentat mit-taxxa fuq id-dħul meta l-persuna li timpjega tkun stabbilita fl-imsemmi Stat Membru, iżda li ma huwiex hekk eżentat jekk il-persuna li timpjega tkun stabbilita fi Stat Membru ieħor.

Tali leġiżlazzjoni tikkostitwixxi restrizzjoni għall-moviment liberu tal-ħaddiema u l-Istat Membru kkonċernat ma jistax jinvoka l-impossibbiltà li jitlob il-kollaborazzjoni ta’ Stat Membru ieħor sabiex jagħmel riċerki jew jiġbor informazzjoni, sabiex l-imposti u t-taxxi kkonċernati jiġu ddeterminati b’mod korrett, sabiex jiġġustifika r-rifjut ta’ vantaġġ fiskali. Fil-fatt, xejn ma jwaqqaf lill-awtoritajiet tat-taxxa kkonċernati milli jitolbu mingħand il-persuna taxxabbli l-provi li huma jqisu meħtieġa sabiex l-imposti u t-taxxi kkonċernati jiġu ddeterminati b’mod korrett u, jekk ikun il-każ, milli jirrifjutaw l-eżenzjoni mitluba jekk dawn il-provi ma jiġux ipprovduti. F’dan ir-rigward, ma jistax jiġi eskluż a priori li l-persuna taxxabbli tkun f’pożizzjoni li tipprovdi d-dokumenti rilevanti li jippermettu lill-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istat Membru li jimponi t-taxxa sabiex jivverifikaw, b’mod ċar u preċiż, li hija tissodisfa l-kundizzjonijiet sabiex tibbenefika mill-vantaġġ fiskali inkwistjoni.

(ara l-punti 46, 51, 52, 62 u d-dispożittiv)

4. Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 55)

Kawża C-544/11

Helga Petersen u Peter Petersen

vs

Finanzamt Ludwigshafen

(talba għal deċiżjoni preliminari mressaq mill-Finanzgericht Rheinland-Pfalz)

“Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Moviment liberu tal-ħaddiema — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tippermetti l-eżenzjoni tat-taxxa fuq id-dħul minn xogħol magħmul fi Stat ieħor fil-kuntest ta’ għajnuna għall-iżvilupp — Kundizzjonijiet — Stabbiliment tal-persuna li timpjega fit-territorju nazzjonali — Rifjut meta l-persuna li timpjega hija stabbilita fi Stat Membru ieħor”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Frar 2013

  1. Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Identifikazzjoni tal-punti rilevanti ta’ dritt tal-Unjoni – Riformulazzjoni tad-domandi

    (Artikolu 267 TFUE)

  2. Moviment liberu tal-persuni – Ħaddiema – Dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni – Ħaddiem residenti fi Stat Membru, impjegat ta’ impriża ta’ Stat Membru ieħor u li teżerċita l-attivitajiet tagħha f’pajjiż terz – Kundizzjoni ta’ applikazzjoni – Rabta tar-relazzjoni lavorattiva mad-dritt ta’ Stat Membru

    (Artikolu 45 TFUE)

  3. Moviment liberu tal-persuni – Ħaddiema – Restrizzjonijiet – Esklużjoni tal-eżenzjoni mit-taxxa fuq id-dħul għal xogħlijiet imwettqa minn ħaddiem residenti fi Stat Membru u impjegat ta’ impriża ta’ Stat Membru ieħor – Inammissibbiltà – Ġustifikazzjoni – Assenza

    (Artikolu 45 TFUE)

  4. Moviment liberu tal-persuni – Ħaddiema – Restrizzjonijiet – Ħaddiem residenti fi Stat Membru, impjegat ta’ impriża ta’ Stat Membru ieħor u li teżerċita l-attivitajiet tagħha f’pajjiż terz – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-eżenzjoni mit-taxxa fuq id-dħul ta’ dan tal-aħħar għall-provvista ta’ informazzjoni mill-Istat terz – Kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam fiskali – Direttiva 2011/16 – Obbligu ta’ assistenza reċiproka tal-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru u ta’ Stat terz – Assenza