Kawża C‑534/11

Mehmet Arslan

vs

Policie ČR, Krajské ředitelství policie Ústeckého kraje, odbor cizinecké policie

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud)

“Żona ta’ libertà, ta’ sigurtà u ta’ ġustizzja — Direttiva 2008/115/KE — Standards u proċeduri komuni fil-qasam ta’ ritorn taċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li jkunu fil-pajjiż illegalment — Applikabbiltà għall-applikanti għall-ażil — Possibbiltà li ċittadin ta’ pajjiż terz jinżamm f’detenzjoni wara l-preżentata ta’ applikazzjoni għall-ażil”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-30 ta’ Mejju 2013

  1. Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Limiti – Ġurisdizzjoni tal-qorti nazzjonali – Stabbiliment u evalwazzjoni tal-fatti tat-tilwima – Neċessità ta’ domanda preliminari u rilevanza tal-kwistjonijiet imqajma – Evalwazzjoni mill-qorti nazzjonali – Domandi manifestament irrilevanti u domandi ipotetiċi magħmula f’kuntest li jeskludi risposta utli – Domandi mhux relatati mas-suġġett tat-tilwima fil-kawża prinċipali

    (Artikolu 267 TFUE)

  2. Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni – Politika tal-immigrazzjoni – Ritorn taċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li jirrisjedu irregolarment – Direttiva 2008/115 – Kamp ta’ applikazzjoni ratione personae – Applikanti għall-ażil fis-sens tad-Direttiva 2005/85 – Esklużjoni

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2008/115, Premessa 9 u Artikolu 2(1); Direttiva tal-Kunsill 2005/85, Artikoli 7 (1))

  3. Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni – Politika tal-ażil – Standards minimi għall-akkoljenza tal-applikanti għall-ażil fi Stati Membri – Direttiva 2003/9 – Standards minimi dwar il-proċedura għall-għoti u għall-irtirar tal-istatus ta’ refuġjat fl-Istati Membri – Direttiva 2005/85 – Detenzjoni għal raġunijiet ta’ tneħħija fis-sens tad-Direttiva 2008/115 – Preżentata sussegwenti ta’ applikazzjoni għall-ażil – Żamma tad-detenzjoni – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2008/115, Artikolu 15; Direttivi tal-Kunsill 2003/9 u 2005/85)

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 33, 34)

  2.  L-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2008/115, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, moqri flimkien mal-premessa 9 tal-imsemmija direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-direttiva ma tapplikax għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ppreżentaw applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, fis-sens tad-Direttiva 2005/85, dwar standards minimi għall-proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta’ rifuġjat, u dan matul il-perijodu li jkopri l-preżentata tal-imsemmija applikazzjoni sal-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-ewwel istanza li tiddeċiedi dwar din l-applikazzjoni jew, jekk ikun il-każ, sal-eżitu tar-rikors li jkun ġie ippreżentat kontra l-imsemmija deċiżjoni.

    Fil-fatt, mill-kliem, mill-istruttura u mill-għan tad-Direttivi 2005/85 u 2008/115 jirriżulta b’mod ċar li applikant għall-ażil għandu, irrispettivament mill-għoti ta’ permess ta’ soġġorn, li, skont l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2005/85, jaqa’ taħt id-diskrezzjoni ta’ kull Stat Membru, id-dritt li jgħix fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat tal-inqas sakemm l-applikazzjoni tiegħu tkun ġiet miċħuda fl-ewwel istanza u ma jkunx jista’ għalhekk jitqies bħala f’“soġġorn illegali” fis-sens tad-Direttiva 2008/115, peress li din tal-aħħar tirrigwarda t-tneħħija mill-imsemmi territorju.

    (ara l-punti 48, 49 u d-dispożittiv 1)

  3.  Id-Direttiva 2003/9, li tistabbilixxi standards minimi għall-akkoljenza ta’ dawk li jfittxu ażil, u d-Direttiva 2005/85, dwar standards minimi għall-proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta’ rifuġjat, ma jipprekludux li ċittadin ta’ pajjiż terz, li ppreżenta applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali fis-sens tad-Direttiva 2005/85 wara li jkun tqiegħed f’detenzjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2008/115, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, jinżamm f’detenzjoni fuq il-bażi ta’ dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali meta jidher, wara evalwazzjoni individwali tal-fatti kollha rilevanti ta’ kull każ, li din l-applikazzjoni ġiet ippreżentata biss bl-għan li ttawwal jew tikkomprometti l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ ritorn u li huwa oġġettivament meħtieġ li tinżamm il-miżura ta’ detenzjoni sabiex jiġi evitat li l-persuna kkonċernata tevita definittivament r-ritorn tagħha.

    Għalkemm id-Direttiva 2008/115 hija inapplikabbli matul l-iter tal-proċedura ta’ eżami tal-applikazzjoni għall-ażil, dan bl-ebda mod ma jfisser li, għalhekk, il-proċedura għar-ritorn ser tiġi definittivament mitmuma, għaliex din tal-aħħar tista’ titkompla fl-ipoteżi li fiha l-applikazzjoni għall-ażil tiġi miċħuda. Issa, l-għan ta’ din id-direttiva, jiġifieri r-ritorn effikaċi ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz li jkunu qegħdin fil-pajjiż b’mod illegali, jista’ jiġi ppreġudikat li kieku kien impossibbli għall-Istati Membri li jevitaw li l-persuna kkonċernata tkun tista’, permezz tal-preżentata ta’ applikazzjoni għall-ażil, tikseb awtomatikament it-tqegħid fil-libertà tagħha.

    Madankollu, is-sempliċi fatt li applikant għall-ażil, fil-mument tal-preżentata tal-applikazzjoni tiegħu, ikun is-suġġett ta’ deċiżjoni ta’ ritorn u li jitqiegħed f’detenzjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2008/115, ma jippermettix li jiġi preżunt, mingħajr evalwazzjoni individwali tal-fatti kollha rilevanti ta’ kull każ, li dan tal-aħħar ippreżenta din l-applikazzjoni bil-għan biss li jtawwal jew li jikkomprometti l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ ritorn u li huwa oġġettivament meħtieġ u proporzjonat li tinżamm il-miżura ta’ detenzjoni.

    (ara l-punti 60, 62, 63 u d-dispożittiv 2)

Kawża C‑534/11

Mehmet Arslan

vs

Policie ČR, Krajské ředitelství policie Ústeckého kraje, odbor cizinecké policie

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud)

“Żona ta’ libertà, ta’ sigurtà u ta’ ġustizzja — Direttiva 2008/115/KE — Standards u proċeduri komuni fil-qasam ta’ ritorn taċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li jkunu fil-pajjiż illegalment — Applikabbiltà għall-applikanti għall-ażil — Possibbiltà li ċittadin ta’ pajjiż terz jinżamm f’detenzjoni wara l-preżentata ta’ applikazzjoni għall-ażil”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-30 ta’ Mejju 2013

  1. Domandi preliminari — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Limiti — Ġurisdizzjoni tal-qorti nazzjonali — Stabbiliment u evalwazzjoni tal-fatti tat-tilwima — Neċessità ta’ domanda preliminari u rilevanza tal-kwistjonijiet imqajma — Evalwazzjoni mill-qorti nazzjonali — Domandi manifestament irrilevanti u domandi ipotetiċi magħmula f’kuntest li jeskludi risposta utli — Domandi mhux relatati mas-suġġett tat-tilwima fil-kawża prinċipali

    (Artikolu 267 TFUE)

  2. Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni — Politika tal-immigrazzjoni — Ritorn taċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li jirrisjedu irregolarment — Direttiva 2008/115 — Kamp ta’ applikazzjoni ratione personae — Applikanti għall-ażil fis-sens tad-Direttiva 2005/85 — Esklużjoni

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2008/115, Premessa 9 u Artikolu 2(1); Direttiva tal-Kunsill 2005/85, Artikoli 7 (1))

  3. Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni — Politika tal-ażil — Standards minimi għall-akkoljenza tal-applikanti għall-ażil fi Stati Membri — Direttiva 2003/9 — Standards minimi dwar il-proċedura għall-għoti u għall-irtirar tal-istatus ta’ refuġjat fl-Istati Membri — Direttiva 2005/85 — Detenzjoni għal raġunijiet ta’ tneħħija fis-sens tad-Direttiva 2008/115 — Preżentata sussegwenti ta’ applikazzjoni għall-ażil — Żamma tad-detenzjoni — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet