Kawża C-532/11

Susanne Leichenich

vs

Ansbert Peffekoven

u

Ingo Horeis

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Köln)

“Direttiva 77/388/KEE — VAT — Eżenzjonijiet — Artikolu 13(B)(b) — Kiri u lokazzjoni ta’ proprjetà immobbli — Barkun mingħajr mutur propulsiv, sorġut b’mod permanenti tul ix-xatt ta’ xmara — Kiri tal-barkun, inklużi l-puntun, l-art u l-medda ta’ ilma relatati miegħu — Assenjazzjoni esklużiva għall-użu permanenti ta’ restorant/diskoteka — Servizz uniku”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Novembru 2012

  1. Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Eżenzjonijiet previsti mis-Sitt Direttiva – Eżenzjoni tal-kiri ta’ proprjetajiet immobbli – Kunċett – Kiri tal-barkun sorġut b’mod permanenti, inklużi l-ispazju u l-puntun relatati miegħu, iddedikat esklużivament għall-użu permanenti ta’ restorant/diskoteka – Inklużjoni

    (Direttiva tal-Kunsill 77/388, Artikolu 13(B)(b))

  2. Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Eżenzjonijiet previsti mis-Sitt Direttiva – Eżenzjoni tal-kiri ta’ proprjetajiet immobbli – Eċċezzjoni li ssemmi l-postijiet fejn jieqfu l-karozzi – Kunċett ta’ vetturi – Barkun sorġut b’mod permanenti, inklużi l-ispazju u l-puntun relatati miegħu, iddedikat esklużivament għall-użu permanenti ta’ restorant/diskoteka – Esklużjoni

    (Direttiva tal-Kunsill 77/388, Artikolu 13(B)(b)(2))

  1.  L-Artikolu 13(B)(b) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ kiri u lokazzjoni ta’ proprjetà immobbli jinkludi l-kiri ta’ barkun, inkluż l-ispazju u l-puntun relatati miegħu, li huwa immobilizzat permezz ta’ rbit li ma jitneħħiex faċilment max-xatt u mal-baċin tax-xmara, li jistrieħ fuq spazju delimitat u identifikabbli fuq l-ilma tax-xmara u huwa esklużivament assenjat, skont it-termini tal-kuntratt ta’ kiri, sabiex jintuża b’mod permanenti bħala restorant/diskoteka fuq dan l-ispazju. Dan il-kiri jikkostitwixxi servizz uniku eżentat, mingħajr il-ħtieġa li ssir distinzjoni bejn il-kiri tal-barkun u dak tal-puntun.

    (ara l-punt 29 u d-dispożittiv 1)

  2.  Barkun mikri flimkien mal-ispazju u mal-puntun relatati miegħu, li huwa immobilizzat permezz ta’ rbit li ma jitneħħiex faċilment max-xatt u mal-baċin tax-xmara, li jistrieħ fuq spazju delimitat u identifikabbli fuq l-ilma tax-xmara u huwa esklużivament assenjat, skont it-termini tal-kuntratt ta’ kiri, sabiex jintuża b’mod permanenti bħala ta’ restorant/diskoteka fuq dan l-ispazju, ma jikkostitwixxix vettura fis-sens tal-Artikolu 13(B)(b)(2) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ.

    Hija l-funzjoni konkreta u attwali ta’ beni li hija rilevanti u mhux l-assenjazzjoni inizjali tiegħu. L-assenjazzjoni inizjali ta’ beni ma tistax, fil-fatt, tiżgura definittivament lil dan tal-aħħar ċertu trattament fid-dawl tar-regoli fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud, minkejja l-modifika tal-użu reali li jsir minn dan il-beni.

    Fid-dawl tal-prinċipju ta’ newtralità fiskali, il-funzjoni ta’ tali barkun hija paragunabbli għal dik ta’ immobbli użat bħala restorant li jkun installat fil-viċinanza ta’ dan tal-aħħar, fuq art ferma. Għalhekk, ir-restorant/diskoteka li jopera fuq dan il-barkun jinsab f’kompetizzjoni, fuq livell ekonomiku, ma’ stabbilimenti analogi li jinsabu f’binjiet inkorporati fuq l-art.

    (ara l-punti 33, 36, 37 u d-dispożittiv 2)

Kawża C-532/11

Susanne Leichenich

vs

Ansbert Peffekoven

u

Ingo Horeis

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Köln)

“Direttiva 77/388/KEE — VAT — Eżenzjonijiet — Artikolu 13(B)(b) — Kiri u lokazzjoni ta’ proprjetà immobbli — Barkun mingħajr mutur propulsiv, sorġut b’mod permanenti tul ix-xatt ta’ xmara — Kiri tal-barkun, inklużi l-puntun, l-art u l-medda ta’ ilma relatati miegħu — Assenjazzjoni esklużiva għall-użu permanenti ta’ restorant/diskoteka — Servizz uniku”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Novembru 2012

  1. Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Eżenzjonijiet previsti mis-Sitt Direttiva — Eżenzjoni tal-kiri ta’ proprjetajiet immobbli — Kunċett — Kiri tal-barkun sorġut b’mod permanenti, inklużi l-ispazju u l-puntun relatati miegħu, iddedikat esklużivament għall-użu permanenti ta’ restorant/diskoteka — Inklużjoni

    (Direttiva tal-Kunsill 77/388, Artikolu 13(B)(b))

  2. Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Eżenzjonijiet previsti mis-Sitt Direttiva — Eżenzjoni tal-kiri ta’ proprjetajiet immobbli — Eċċezzjoni li ssemmi l-postijiet fejn jieqfu l-karozzi — Kunċett ta’ vetturi — Barkun sorġut b’mod permanenti, inklużi l-ispazju u l-puntun relatati miegħu, iddedikat esklużivament għall-użu permanenti ta’ restorant/diskoteka — Esklużjoni