Kawża C‑530/11

Il-Kummissjoni Ewropea

vs

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali — Kunċett ta’ ‘spiża mhux projbittiva’ ta’ proċeduri ġudizzjarji”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Frar 2014

  1. Atti tal-istituzzjonijiet – Direttivi – Implementazzjoni mill-Istati Membri – Direttiva intiża li toħloq drittijiet lill-individwi – Rekwiżiti ta’ ċarezza u ta’ ċertezza legali – Traspożizzjoni permezz ta’ prassi ġudizzjarja – Ammissibbiltà

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/35, Artikoli 3, punt 7, u 4, punt 4)

  2. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Suġġett tat-tilwima – Determinazzjoni matul il-proċedura prekontenzjuża

    (Artikolu 258 TFUE)

  3. Ambjent – Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti fuq l-ambjent – Direttivi 85/337 u 96/61 – Traspożizzjoni tad-Direttiva 2003/35 – Dritt għal azzjoni legali – Rekwiżit ta’ proċedura bi spiża mhux projbittiva – Marġni ta’ diskrezzjoni mħollija lill-qorti nazzjonali – Neċessità ta’ dispożizzjoni legali li tiżgura l-ispiża mhux projbittiva tal-proċedura

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/35, Artikoli 3, punt 7, u 4, punt 4; Direttivi tal-Kunsill 85/337, Artikolu 10a, u 96/61, Artikolu 15a)

  4. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Prova tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Oneru li jaqa’ fuq il-Kummissjoni – Preżunzjonijiet – Inammissibbiltà

    (Artikolu 258 TFUE)

  5. Ambjent – Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti fuq l-ambjent – Direttivi 85/337 u 96/61 – Traspożizzjoni tad-Direttiva 2003/35 – Dritt għal azzjoni legali – Rekwiżit ta’ proċedura bi spiża mhux projbittiva – Skema ta’ kontra-impenji fir-rigward tal-għoti tal-miżuri provviżorji – Inklużjoni

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/35, Artikoli 3, punt 7, u 4, punt 4; Direttivi tal-Kunsill 85/337, Artikolu 10a, u 96/61, Artikolu 15a)

  1.  It-traspożizzjoni ta’ direttiva ma teżiġix neċessarjament li l-kontenut tad-dispożizzjonijiet tagħha jiġi riprodott formalment u testwalment f’dispożizzjoni legali jew leġiżlattiva espressa u speċifika, iżda tista’ ssir permezz ta’ kuntest ġuridiku ġenerali, sakemm dan jiżgura b’mod effettiv l-applikazzjoni sħiħa tad-direttiva b’mod suffiċjentement ċar u preċiż.

    B’mod partikolari, jekk id-dispożizzjoni inkwistjoni hija intiża sabiex toħloq drittijiet għall-individwi, is-sitwazzjoni ġuridika għandha tkun suffiċjentement ċara u preċiża, u l-benefiċjarji għandhom jitqiegħdu f’pożizzjoni li jkunu jafu d-drittijiet kollha tagħhom u, fejn xieraq, li jkunu jistgħu jinvokawhom quddiem il-qrati nazzjonali.

    F’dan ir-rigward, ma jistax jitqies li kull prassi ġudizzjarja hija ta’ natura inċerta u, min-natura tagħha, inkapaċi li tissodisfa r-rekwiżiti ċarezza u ta’ preċiżjoni meħtieġa sabiex titqies li tikkostitwixxi eżekuzzjoni valida tal-obbligi li jirriżultaw mill-punt 7 tal-Artikolu 3, u mill-punt 4 tal-Artikolu 4, tad-Direttiva 2003/35, li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta’ ċerti pjani u programmi li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ambjent u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337 u 96/61.

    (ara l-punti 33-36)

  2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 39)

  3.  Ir-rekwiżit dwar l-assenza ta’ spiża projbittiva tal-proċeduri ġudizzjarji previst fil-punt 7 tal-Artikolu 3, u fil-punt 4 tal-Artikolu 4, tad-Direttiva 2003/35, li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta’ ċerti pjani u programmi li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ambjent u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337 u 96/61, ma jipprojbixxix lill-qrati nazzjonali milli jikkundannaw għall-ispejjeż fi tmiem proċedura ġudizzjarja, sakemm dawn ikunu ta’ ammont raġonevoli u sakemm l-ispejjeż sostnuti mill-parti kkonċernata ma jkunux, meħuda globalment, projbittivi.

    F’dan ir-rigward, il-marġni ta’ diskrezzjoni li għandha l-qorti fl-implementazzjoni, f’każ partikolari, tal-iskema nazzjonali tal-ispejjeż ma tistax, minnha nfisha, titqies bħala inkompatibbli mar-rekwiżit dwar l-assenza ta’ spiża projbittiva. Minbarra dan, il-possibbiltà għall-qorti adita li toħroġ digriet dwar il-protezzjoni tal-ispejjeż, li jippermetti lir-rikorrent jikseb, fi stadju bikri tal-proċedura, li jiġi limitat l-ammont tal-ispejjeż eventwalment dovuti, tiżgura prevedibbiltà ħafna ikbar tal-ispiża tal-proċeduri u tgħin fl-osservanza ta’ dan ir-rekwiżit.

    Madankollu, id-dispożizzjonijiet diġà ċċitati tad-Direttiva 2003/35 jistgħu jitqiesu li ġew trasposti korrettament biss jekk il-qorti nazzjonali tkun marbuta b’dispożizzjoni legali li tiżgura li l-proċedura ma tkunx ta’ spiża projbittiva għar-rikorrent. Is-sempliċi fatt li, sabiex tivverifika jekk id-dritt nazzjonali ta’ Stat Membru jissodisfax l-għanijiet tal-imsemmija direttiva, il-Qorti tal-Ġustizzja hija obbligata tagħmel analiżi u evalwazzjoni tal-portata ta’ diversi deċiżjonijiet tal-qrati nazzjonali, u għaldaqstant ta’ korp ta’ ġurisprudenza, meta d-dritt tal-Unjoni jagħti lill-individwi drittijiet preċiżi li jeżiġu, sabiex ikunu effettivi, regoli mhux ekwivoċi, iwassal għall-kunsiderazzjoni li t-traspożizzjoni ma hijiex f’kull każ suffiċjentement ċara u preċiża.

    Minbarra dan, il-kundizzjonijiet infushom li fihom il-qorti nazzjonali tiddeċiedi fuq l-applikazzjonijiet għal protezzjoni tal-ispejjeż ma jippermettux li tiġi ggarantita l-konformità tad-dritt nazzjonali mar-rekwiżit dwar l-assenza ta’ spiża projbittiva tal-proċeduri ġudizzjarji stabbilit permezz tad-Direttiva 2003/35 jekk jirriżulta li l-qorti tista’ toħroġ digriet ta’ protezzjoni tal-ispejjeż biss jekk il-kwistjonijiet li jkollhom jiġu deċiżi jkunu ta’ interess ġenerali u li ma hijiex marbuta li tagħti tali protezzjoni meta l-ispiża tal-proċedura tkun oġġettivament irraġonevoli jew fejn l-interess partikolari tar-rikorrent biss ikun inkwistjoni.

    (ara l-punti 44, 54-57)

  4.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 60-62)

  5.  Ir-rekwiżit dwar l-assenza ta’ spiża projbittiva tal-proċeduri ġudizzjarji previst fl-Artikoli 3, punt 7, u 4, punt 4, tad-Direttiva 2003/35, li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta’ ċerti pjani u programmi li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ambjent u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337 u 96/61, japplika wkoll għall-ispejjeż finanzjarji li jirriżultaw minn miżuri li għalihom il-qorti tista’ tissuġġetta l-għoti ta’ miżuri kawtelatorji fil-kuntest ta’ tilwim li jaqa’ taħt l-imsemmija dispożizzjonijiet.

    Suġġett għal din ir-riżerva, il-kundizzjonijiet li fihom il-qorti nazzjonali tagħti l-benefiċċju ta’ tali miżuri jaqgħu, fil-prinċipju, biss taħt id-dritt nazzjonali, sakemm jiġu osservati l-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività. Ir-rekwiżit dwar l-assenza ta’ spiża projbittiva ma jistax jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi a priori l-applikazzjoni ta’ garanzija finanzjarja, bħalma huma kontra-impenji għall-miżuri provviżorji, li jikkonsistu fl-impożizzjoni fuq ir-rikorrent tal-impenn li jirrimedja d-dannu li jista’ jirriżulta minn miżura provviżorja jekk id-dritt li din il-miżura kellha l-għan li tipproteġi ma jkunx finalment rikonoxxut bħala fondat, meta din il-garanzija hija prevista mid-dritt nazzjonali. L-istess jgħodd għall-konsegwenzi finanzjarji li jistgħu, fejn xieraq, jirriżultaw, skont dan id-dritt, minn rikors li jikkostitwixxi abbuż.

    Min-naħa l-oħra, hija l-qorti li tiddeċiedi fuq dan is-suġġett li għandha tiżgura li r-riskju finanzjarju li jirriżulta għar-rikorrent ikun ukoll inkluż fid-diversi spejjeż iġġenerati mill-każ meta din il-qorti tevalwa jekk l-ispiża tal-proċedura hijiex projbittiva.

    (ara l-punti 64, 66-68)

Kawża C‑530/11

Il-Kummissjoni Ewropea

vs

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali — Kunċett ta’ ‘spiża mhux projbittiva’ ta’ proċeduri ġudizzjarji”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Frar 2014

  1. Atti tal-istituzzjonijiet — Direttivi — Implementazzjoni mill-Istati Membri — Direttiva intiża li toħloq drittijiet lill-individwi — Rekwiżiti ta’ ċarezza u ta’ ċertezza legali — Traspożizzjoni permezz ta’ prassi ġudizzjarja — Ammissibbiltà

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/35, Artikoli 3, punt 7, u 4, punt 4)

  2. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Suġġett tat-tilwima — Determinazzjoni matul il-proċedura prekontenzjuża

    (Artikolu 258 TFUE)

  3. Ambjent — Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti fuq l-ambjent — Direttivi 85/337 u 96/61 — Traspożizzjoni tad-Direttiva 2003/35 — Dritt għal azzjoni legali — Rekwiżit ta’ proċedura bi spiża mhux projbittiva — Marġni ta’ diskrezzjoni mħollija lill-qorti nazzjonali — Neċessità ta’ dispożizzjoni legali li tiżgura l-ispiża mhux projbittiva tal-proċedura

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/35, Artikoli 3, punt 7, u 4, punt 4; Direttivi tal-Kunsill 85/337, Artikolu 10a, u 96/61, Artikolu 15a)

  4. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Prova tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Oneru li jaqa’ fuq il-Kummissjoni — Preżunzjonijiet — Inammissibbiltà

    (Artikolu 258 TFUE)

  5. Ambjent — Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti fuq l-ambjent — Direttivi 85/337 u 96/61 — Traspożizzjoni tad-Direttiva 2003/35 — Dritt għal azzjoni legali — Rekwiżit ta’ proċedura bi spiża mhux projbittiva — Skema ta’ kontra-impenji fir-rigward tal-għoti tal-miżuri provviżorji — Inklużjoni