Keywords
Summary

Keywords

1. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati — Direttiva 2001/29 — Armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tad-drittijiet tal-awtur u ta’ drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni — Applikazzjoni ratione temporis — Atti ta’ użu ta’ xogħlijiet u ta’ materjal ieħor protett, imwettqa qabel id-data ta’ skadenza tat-terminu għat-traspożizzjoni — Inapplikabbiltà tad-direttiva

(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/29, Artikolu 10(2))

2. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati — Direttiva 2001/29 — Armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tad-drittijiet tal-awtur u ta’ drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni — Dritt ta’ riproduzzjoni — Eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet — Kundizzjonijiet — Kumpens ġust — Awtorizzazzjoni mid-detentur tad-drittijiet għar-riproduzzjoni ta’ xogħlu jew ta’ materjal ieħor protett — Assenza ta’ effett

(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/29, Artikolu 5(2) u (3))

3. Domandi preliminari — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Limiti — Ġurisdizzjoni tal-qorti nazzjonali — Stabbiliment u evalwazzjoni tal-fatti tat-tilwima — Neċessità ta’ domanda preliminari u rilevanza tal-kwistjonijiet imqajma — Evalwazzjoni mill-qorti nazzjonali — Domandi manifestament irrilevanti u domandi ipotetiċi magħmula f’kuntest li jeskludi risposta utli — Domandi mhux relatati mas-suġġett tat-tilwima fil-kawża prinċipali

(Artikolu 267 TFUE)

4. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati — Direttiva 2001/29 — Armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tad-drittijiet tal-awtur u ta’ drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni — Dritt ta’ riproduzzjoni — Eċċezzjoni ta’ kkuppjar għal skopijiet privati — Kumpens ġust — Nuqqas ta’ applikazzjoni tal-miżuri teknoloġiċi disponibbli intiżi sabiex jipprevjenu jew jirrestrinġu l-atti mhux awtorizzati — Effett

(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/29, Artikoli 5(2)(b) u 

6)

5. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati — Direttiva 2001/29 — Armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tad-drittijiet tal-awtur u ta’ drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni — Dritt ta’ riproduzzjoni — Eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet — Riproduzzjonijiet fuq il-karta jew mezz ieħor simili, effettwat mill-użu ta’ kull xorta ta’ teknika fotografika jew b’xi proċess ieħor li jkollu l-istess effetti — Kunċett — Riproduzzjonijiet miksuba permezz ta’ printers u ta’ kompjuter personali li jintużaw flimkien — Inklużjoni

(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/29, Artikolu 5(2)(a))

6. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati — Direttiva 2001/29 — Armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tad-drittijiet tal-awtur u ta’ drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni — Dritt ta’ riproduzzjoni — Eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet — Riproduzzjonijiet fuq il-karta jew mezz ieħor simili, effettwat mill-użu ta’ kull xorta ta’ teknika fotografika jew b’xi proċess ieħor li jkollu l-istess effetti — Kumpens ġust — Riproduzzjonijiet effettwati permezz ta’ proċess uniku, bl-għajnuna ta’ sensiela ta’ apparati — Possibbiltà għall-Istati Membri li jistabbilixxu ħlas minn persuni li jkollhom tagħmir li jikkontribwixxi, b’mod mhux awtonomu, għall-proċess uniku ta’ riproduzzjoni — Kundizzjonijiet

(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/29, Artikolu 5(2)(a))

Summary

1. Għal dak li jirrigwarda l-perijodu bejn it-22 ta’ Ġunju 2001, id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2001/29, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni, u t-22 ta’ Diċembru 2002, id-data meta skada t-terminu għat-traspożizzjoni ta’ din id-direttiva, l-atti ta’ użu ta’ xogħlijiet u ta’ materjal ieħor protett ma humiex affettwati mill-imsemmija direttiva. Mill-Artikolu 10(2) tagħha jirriżulta li din għandha tapplika mingħajr preġudizzju għal kull att konkluż u drittijiet miksuba qabel it-22 ta’ Diċembru 2002.

(ara l-punti 27, 29, u d-dispożittiv 1)

2. Fil-kuntest ta’ eċċezzjoni jew ta’ limitazzjoni prevista fl-Artikolu 5(2) jew (3) tad-Direttiva 2001/29, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni, kwalunkwe att potenzjali li permezz tiegħu detentur tad-drittijiet ikun awtorizza r-riproduzzjoni ta’ xogħlu jew ta’ materjal ieħor protett ma għandu ebda impatt fuq il-kumpens ġust, kemm jekk dan ikun previst fuq bażi obbligatorja u kemm jekk fakultattiva, skont id-dispożizzjoni applikabbli ta’ din id-direttiva.

(ara l-punt 40, u d-dispożittiv 2)

3. Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 44)

4. Il-possibbiltà li jiġu applikati l-miżuri teknoloġiċi msemmija fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2001/29, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni, ma tistax trendi inapplikabbli l-kundizzjoni relatata mal-kumpens ġust previst fl-Artikolu 5(2)(b) ta’ din id-direttiva.

Fil-fatt, il-kumpens ġust għandu l-għan li jikkumpensa lill-awturi minħabba l-preġudizzju subit minnhom wara l-introduzzjoni tal-eċċezzjoni ta’ kkuppjar għal skopijiet privati u, għaldaqstant, għall-użu tax-xogħlijiet protetti tagħhom imwettaq mingħajr l-awtorizzazzjoni tagħhom. Madankollu, huma l-Istati Membri u mhux id-detenturi ta’ drittijiet li jistabbilixxu l-eċċezzjoni ta’ kkuppjar għal skopijiet privati u li jawtorizzaw, għall-finijiet ta’ tali kkuppjar, dan l-użu ta’ xogħlijiet jew ta’ materjal ieħor protett. Konsegwentement, huwa l-obbligu tal-Istat Membru li, billi stabbilixxa din l-eċċezzjoni, awtorizza li jsir dan l-ikkuppjar għal skopijiet privati, li jiżgura l-applikazzjoni korretta tal-imsemmija eċċezzjoni u li jillimita b’hekk atti mhux awtorizzati mid-detenturi ta’ drittijiet. Il-miżuri teknoloġiċi li d-detenturi ta’ drittijiet għandhom il-possibbiltà li jużaw għandhom jitqiesu bħala t-teknoloġiji, l-istrumenti jew il-komponenti li huma tali li jiżguraw li jintlaħaq l-għan imfittex mill-eċċezzjoni ta’ kkuppjar għal skopijiet privati u li jiġu evitati jew limitati r-riproduzzjonijiet li ma humiex awtorizzati mill-Istati Membri fil-kuntest ta’ din l-eċċezzjoni. Għaldaqstant, fid-dawl tan-natura volontarja tal-applikazzjoni ta’ dawn il-miżuri teknoloġiċi, anki jekk tali possibbiltà teżisti, in-nuqqas ta’ applikazzjoni tal-imsemmija miżuri ma tistax twassal għall-inapplikabbiltà tal-kumpens ġust.

Madankollu, l-Istat Membru kkonċernat għandu l-possibbiltà li jagħmel il-livell konkret tal-kumpens dovut lid-detenturi ta’ drittijiet dipendenti fuq l-applikazzjoni jew le ta’ tali miżuri teknoloġiċi, sabiex dawn tal-aħħar ikunu effettivament imħeġġa jużawhom u jikkontribwixxu għalhekk volontarjament għall-applikazzjoni korretta tal-eċċezzjoni ta’ kkuppjar għal skopijiet privati.

(ara l-punti 49, 52, 53, 56-59, u d-dispożittiv 3)

5. Il-kunċett ta’ “riproduzzjonijiet effettwati mill-użu ta’ kull xorta ta’ teknika fotografika jew b’xi proċess ieħor li jkollu l-istess effetti”, fis-sens tal-Artikolu 5(2)(a) tad-Direttiva 2001/29, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li jinkorpora r-riproduzzjonijiet miksuba permezz ta’ printers u ta’ kompjuter personali, fil-każ fejn dawn l-apparati jintużaw flimkien.

Fil-fatt, sa fejn ir-riżultat, jiġifieri r-rappreżentazzjoni analoġika ta’ xogħol jew ta’ materjal ieħor protett, huwa żgurat, in-numru ta’ operazzjonijiet jew in-natura tat-teknika jew tat-tekniki użati waqt il-proċess ta’ riproduzzjoni inkwistjoni ftit huma importanti sakemm, madankollu, id-diversi elementi jew id-diversi stadji mhux awtonomi ta’ dan il-proċess uniku jaġixxu jew jiżvolġu taħt il-kontroll tal-istess persuna u l-għan tagħhom ikun li jirriproduċu x-xogħol jew il-materjal l-ieħor protett fuq il-karta jew mezz ieħor simili. F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Artikolu 5(2)(a) tad-Direttiva 2001/29 ma jipprekludix li, fil-kuntest tal-proċess imsemmi fil-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, jiġu użati diversi apparati, inklużi dawk b’funzjoni diġitali.

(ara l-punti 70, 72, 80, u d-dispożittiv 4)

6. Fil-prinċipju, huwa l-obbligu tal-persuna li twettaq riproduzzjoni fis-sens tal-Artikolu 5(2)(a) tad-Direttiva 2001/29, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni, li tiffinanzja l-kumpens li għandu jingħata lid-detenturi ta’ drittijiet. Madankollu, l-Istati Membri huma liberi, fid-dawl tad-diffikultajiet prattiċi, li jistabbilixxu, jekk ikun il-każ, ħlas minn persuni li jkollhom it-tagħmir li bih tkun saret din ir-riproduzzjoni. Fil-każ li r-riproduzzjonijiet inkwistjoni jkunu effettwati permezz ta’ proċess uniku, bl-għajnuna ta’ sensiela ta’ apparati, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu sistema fejn il-kumpens ġust ikun imħallas mill-persuni li jkollhom apparat, b’mod awtonomu, jikkontribwixxi għall-proċess uniku ta’ riproduzzjoni tax-xogħol jew ta’ materjal ieħor protett fuq mezz partikolari, sa fejn dawn il-persuni jkollhom il-possibbiltà li jgħaddu l-ħlas fuq il-klijenti tagħhom, bil-kundizzjoni li l-ammont globali tal-kumpens ġust dovut inkambju tal-preġudizzju subit mill-awtur wara tali proċess uniku ma għandux ikun essenzjalment differenti minn dak iffissat għar-riproduzzjoni miksuba permezz ta’ apparat wieħed.

(ara l-punti 77, 78, 80, u d-dispożittiv 4)

Kawżi magħquda C-457/11 sa C-460/11

Verwertungsgesellschaft Wort (VG Wort)

vs

Kyocera et (C-457/11) u Canon Deutschland GmbH (C-458/11)

u

Fujitsu Technology Solutions GmbH (C-459/11) u Hewlett-Packard GmbH (C-460/11)

vs

Verwertungsgesellschaft Wort (VG Wort)

(talbiet għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof)

“Proprjetà intellettwali u industrijali — Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni — Direttiva 2001/29/KE — Dritt ta’ riproduzzjoni — Kumpens ġust — Kunċett ta’ ‘Riproduzzjonijiet fuq il-karta jew mezz ieħor simili, effettwat mill-użu ta’ kull xorta ta’ teknika fotografika jew b’xi proċess ieħor li jkollu l-istess effetti’ — Konsegwenzi tan-nuqqas ta’ applikazzjoni tal-miżuri teknoloġiċi disponibbli intiżi sabiex jipprevjenu jew jirrestrinġu l-atti mhux awtorizzati — Konsegwenzi ta’ awtorizzazzjoni espliċita jew impliċita għal riproduzzjoni”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-27 ta’ Ġunju 2013

  1. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati – Direttiva 2001/29 – Armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tad-drittijiet tal-awtur u ta’ drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni – Applikazzjoni ratione temporis – Atti ta’ użu ta’ xogħlijiet u ta’ materjal ieħor protett, imwettqa qabel id-data ta’ skadenza tat-terminu għat-traspożizzjoni – Inapplikabbiltà tad-direttiva

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/29, Artikolu 10(2))

  2. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati – Direttiva 2001/29 – Armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tad-drittijiet tal-awtur u ta’ drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni – Dritt ta’ riproduzzjoni – Eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet – Kundizzjonijiet – Kumpens ġust – Awtorizzazzjoni mid-detentur tad-drittijiet għar-riproduzzjoni ta’ xogħlu jew ta’ materjal ieħor protett – Assenza ta’ effett

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/29, Artikolu 5(2) u (3))

  3. Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Limiti – Ġurisdizzjoni tal-qorti nazzjonali – Stabbiliment u evalwazzjoni tal-fatti tat-tilwima – Neċessità ta’ domanda preliminari u rilevanza tal-kwistjonijiet imqajma – Evalwazzjoni mill-qorti nazzjonali – Domandi manifestament irrilevanti u domandi ipotetiċi magħmula f’kuntest li jeskludi risposta utli – Domandi mhux relatati mas-suġġett tat-tilwima fil-kawża prinċipali

    (Artikolu 267 TFUE)

  4. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati – Direttiva 2001/29 – Armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tad-drittijiet tal-awtur u ta’ drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni – Dritt ta’ riproduzzjoni – Eċċezzjoni ta’ kkuppjar għal skopijiet privati – Kumpens ġust – Nuqqas ta’ applikazzjoni tal-miżuri teknoloġiċi disponibbli intiżi sabiex jipprevjenu jew jirrestrinġu l-atti mhux awtorizzati – Effett

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/29, Artikoli 5(2)(b) u 6)

  5. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati – Direttiva 2001/29 – Armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tad-drittijiet tal-awtur u ta’ drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni – Dritt ta’ riproduzzjoni – Eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet – Riproduzzjonijiet fuq il-karta jew mezz ieħor simili, effettwat mill-użu ta’ kull xorta ta’ teknika fotografika jew b’xi proċess ieħor li jkollu l-istess effetti – Kunċett – Riproduzzjonijiet miksuba permezz ta’ printers u ta’ kompjuter personali li jintużaw flimkien – Inklużjoni

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/29, Artikolu 5(2)(a))

  6. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati – Direttiva 2001/29 – Armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tad-drittijiet tal-awtur u ta’ drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni – Dritt ta’ riproduzzjoni – Eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet – Riproduzzjonijiet fuq il-karta jew mezz ieħor simili, effettwat mill-użu ta’ kull xorta ta’ teknika fotografika jew b’xi proċess ieħor li jkollu l-istess effetti – Kumpens ġust – Riproduzzjonijiet effettwati permezz ta’ proċess uniku, bl-għajnuna ta’ sensiela ta’ apparati – Possibbiltà għall-Istati Membri li jistabbilixxu ħlas minn persuni li jkollhom tagħmir li jikkontribwixxi, b’mod mhux awtonomu, għall-proċess uniku ta’ riproduzzjoni – Kundizzjonijiet