Kawża C-443/11

F. P. Jeltes et

vs

Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Amsterdam)

“Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti — Artikolu 45 TFUE — Regolament (KEE) Nru 1408/71 — Artikolu 71 — Ħaddiem transkonfinali atipiku kompletament qiegħed li żamm rabtiet personali u professjonali fl-Istat Membru tal-aħħar impjieg — Regolament (KE) Nru 883/2004 — Artikolu 65 — Dritt għal benefiċċju fl-Istat Membru ta’ residenza — Rifjut ta’ ħlas mill-Istat Membru tal-aħħar impjieg — Ammissibbiltà — Rilevanza tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Ġunju 1986, Miethe (1/85) — Dispożizzjonijiet tranżitorji — Artikolu 87(8) — Kunċett ta’ sitwazzjoni li ‘ma nbidlitx’”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ April 2013

  1. Sigurtà soċjali – Ħaddiema migranti – Qgħad – Ħaddiem transkonfinali kompletament qiegħed li żamm rabtiet personali u professjonali mal-Istat Membru tal-aħħar impjieg – Dritt għall-benefiċċji tal-Istat Membru ta’ residenza – Applikazzjoni tal-Artikolu 65 tar-Regolament Nru 883/2004 – Dritt li persuna tqiegħed lilha nnifisha, b’mod komplementari, għad-dispożizzjoni tad-dipartimenti tal-impjieg tal-Istat Membru tal-aħħar impjieg tagħha

    (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 883/2004, kif emendat bir-Regolament Nru 988/2009, Artikolu 65)

  2. Sigurtà soċjali – Ħaddiema migranti – Qgħad – Ħaddiem transkonfinali kompletament qiegħed li żamm rabtiet personali u professjonali mal-Istat Membru tal-aħħar impjieg – Rifjut ta’ ħlas tal-allowance tal-qgħad ikkontestat mill-Istat Membru tal-aħħar impjieg – Kundizzjoni ta’ residenza prevista mid-dritt nazzjonali – Ammissibbiltà – Restrizzjoni għall-moviment liberu tal-ħaddiema – Assenza

    (Artikolu 45 TFUE)

  3. Sigurtà soċjali – Ħaddiema migranti – Qgħad – Ħaddiem transkonfinali kompletament qiegħed li żamm rabtiet personali u professjonali mal-Istat Membru tal-aħħar impjieg – Applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tranżitorji tar-Regolament Nru 883/2004 – Kunċett ta’ sitwazzjoni li “ma nbidlitx” – Evalwazzjoni mill-qorti nazzjonali

    (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 883/2004, kif emendat bir-Regolament Nru 988/2009, Artikolu 87(8))

  1.  Wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament Nru 883/2004, dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, kif emendat bir-Regolament Nru 988/2009, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 65 ta’ dan ir-regolament ma għandhomx jiġu interpretati fid-dawl tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Ġunju 1986 Miethe (1/85). Fir-rigward ta’ ħaddiem transkonfinali li jinsab f’sitwazzjoni ta’ qgħad komplet, li żamm mal-Istat Membru tal-aħħar impjieg tiegħu rabtiet personali u professjonali tali li f’dan l-Istat għandu l-aqwa possibbiltajiet ta’ integrazzjoni professjonali mill-ġdid, dan l-Artikolu 65 għandu jinftiehem fis-sens li jippermetti lil tali ħaddiem iqiegħed lilu nnifsu b’mod komplementari għad-dispożizzjoni tad-dipartimenti ta’ impjieg tal-imsemmi Stat mhux bil-għan li jikseb allowances tal-qgħad f’dan tal-aħħar, iżda biss bil-għan li jgawdi hemmhekk mis-servizzi ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid.

    (ara l-punt 36, u d-dispożittiv 1)

  2.  Ir-regoli dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema, li jinsabu b’mod partikolari fl-Artikolu 45 TFUE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jipprekludux li l-Istat Membru tal-aħħar impjieg jirrifjuta, skont id-dritt nazzjonali tiegħu, li jagħti lil ħaddiem transkonfinali f’sitwazzjoni ta’ qgħad komplet, li f’dan l-Istat Membru jgawdi mill-aħjar opportunitajiet ta’ integrazzjoni professjonali mill-ġdid, il-benefiċċju tal-allowances tal-qgħad, minħabba l-fatt li ma jirrisjedix fit-territorju tiegħu, ġaladarba, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 65 tar-Regolament Nru 883/2004, kif emendat bir-Regolament Nru 988/2009, il-leġiżlazzjoni applikabbli hija dik tal-Istat Membru ta’ residenza.

    L-imsemmija regoli tat-Trattat FUE dwar il-moviment liberu ma jistgħux jiggarantixxu lil persuna assigurata li trasferiment fi Stat Membru ieħor ikun newtrali għal dak li jirrigwarda s-sigurtà soċjali. Fil-fatt, fid-dawl tad-disparitajiet li jeżistu bejn is-sistemi u l-leġiżlazzjonijiet tal-Istati Membri f’dan ir-rigward, trasferiment bħal dan jista’, skont il-każ, ikun ftit jew wisq vantaġġjuż jew żvantaġġjuż mill-perspettiva finanzjarja għall-persuna kkonċernata.

    Differenza bejn il-benefiċċji previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru tal-aħħar impjieg u dawk mogħtija skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ residenza ma tistax titqies li hija restrizzjoni għall-moviment liberu tal-ħaddiema, ġaladarba tirriżulta mill-assenza ta’ armonizzazzjoni tad-dritt tal-Unjoni f’dan il-qasam.

    (ara l-punti 44-46 u d-dispożittiv 2)

  3.  Hemm lok li jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 87(8) tar-Regolament Nru 883/2004, dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, kif emendat bir-Regolament Nru 988/2009, fir-rigward ta’ ħaddiema transkonfinali li jinsabu f’sitwazzjoni ta’ qgħad komplet li, fid-dawl tar-rabtiet li żammew fl-Istat Membru tal-aħħar impjieg tagħhom, jirċievu minn dan l-istat allowances tal-qgħad abbażi tal-leġiżlazzjoni ta’ dan l-Istat Membru, skont l-Artikolu 71 tar-Regolament Nru 1408/71, fil-verżjoni tiegħu emendata u aġġornata bir-Regolament Nru 118/97, kif emendat bir-Regolament Nru 592/2008.

    Fil-fatt, l-Artikolu 87(8) tar-Regolament Nru 883/2004 jipprovdi, favur persuna li, minħabba dan ir-regolament, hija suġġetta għal-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li ma huwiex dak li għal-leġiżlazzjoni tiegħu kien suġġett skont it-Titolu II tar-Regolament Nru 1408/71, iż-żamma tal-applikazzjoni ta’ din l-aħħar leġiżlazzjoni matul ċertu perijodu, wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament Nru 883/2004, b’riżerva għall-fatt li s-sitwazzjoni prevalenti baqgħet l-istess.

    F’dan ir-rigward, il-fatt li l-Artikolu 71 tar-Regolament Nru 1408/71 jaqa’ taħt it-Titolu III tar-Regolament Nru 1408/71 ma jostakolax l-applikazzjoni tal-imsemmi Artikolu 87.

    Fir-rigward tal-kunċett ta’ sitwazzjoni li “ma nbidlitx” fis-sens tal-Artikolu 87(8) tar-Regolament Nru 883/2004, kif emendat, dan għandu jiġi evalwat fir-rigward tal-leġiżlazzjoni nazzjonali fil-qasam ta’ sigurtà soċjali. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika jekk ħaddiema jissodisfawx il-kundizzjonijiet previsti minn din il-leġiżlazzjoni sabiex jistennew it-tkomplija tal-ħlas tal-allowances tal-qgħad li kienu tħallsulhom taħt l-imsemmija leġiżlazzjoni, skont l-Artikolu 71 tar-Regolament Nru 1408/71, kif emendat.

    (ara l-punti 49, 56, 61, 62, u d-dispożittiv 3)

Kawża C-443/11

F. P. Jeltes et

vs

Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Amsterdam)

“Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti — Artikolu 45 TFUE — Regolament (KEE) Nru 1408/71 — Artikolu 71 — Ħaddiem transkonfinali atipiku kompletament qiegħed li żamm rabtiet personali u professjonali fl-Istat Membru tal-aħħar impjieg — Regolament (KE) Nru 883/2004 — Artikolu 65 — Dritt għal benefiċċju fl-Istat Membru ta’ residenza — Rifjut ta’ ħlas mill-Istat Membru tal-aħħar impjieg — Ammissibbiltà — Rilevanza tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Ġunju 1986, Miethe (1/85) — Dispożizzjonijiet tranżitorji — Artikolu 87(8) — Kunċett ta’ sitwazzjoni li ‘ma nbidlitx’”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ April 2013

  1. Sigurtà soċjali — Ħaddiema migranti — Qgħad — Ħaddiem transkonfinali kompletament qiegħed li żamm rabtiet personali u professjonali mal-Istat Membru tal-aħħar impjieg — Dritt għall-benefiċċji tal-Istat Membru ta’ residenza — Applikazzjoni tal-Artikolu 65 tar-Regolament Nru 883/2004 — Dritt li persuna tqiegħed lilha nnifisha, b’mod komplementari, għad-dispożizzjoni tad-dipartimenti tal-impjieg tal-Istat Membru tal-aħħar impjieg tagħha

    (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 883/2004, kif emendat bir-Regolament Nru 988/2009, Artikolu 65)

  2. Sigurtà soċjali — Ħaddiema migranti — Qgħad — Ħaddiem transkonfinali kompletament qiegħed li żamm rabtiet personali u professjonali mal-Istat Membru tal-aħħar impjieg — Rifjut ta’ ħlas tal-allowance tal-qgħad ikkontestat mill-Istat Membru tal-aħħar impjieg — Kundizzjoni ta’ residenza prevista mid-dritt nazzjonali — Ammissibbiltà — Restrizzjoni għall-moviment liberu tal-ħaddiema — Assenza

    (Artikolu 45 TFUE)

  3. Sigurtà soċjali — Ħaddiema migranti — Qgħad — Ħaddiem transkonfinali kompletament qiegħed li żamm rabtiet personali u professjonali mal-Istat Membru tal-aħħar impjieg — Applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tranżitorji tar-Regolament Nru 883/2004 — Kunċett ta’ sitwazzjoni li “ma nbidlitx” — Evalwazzjoni mill-qorti nazzjonali