Kawża C-420/11

Jutta Leth

vs

Republik Österreich, Land Niederösterreich

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof)

“Ambjent — Direttiva 85/337/KEE — Stima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent — Awtorizzazzjoni ta’ tali proġett fin-nuqqas ta’ evalwazzjoni xierqa — Għanijiet ta’ din l-evalwazzjoni — Kundizzjonijiet li hija suġġetta għalihom l-eżistenza ta’ dritt għal kumpens — Inklużjoni jew le tal-protezzjoni tal-individwi kontra d-danni patrimonjali”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-14 ta’ Marzu 2013

  1. Dritt tal-Unjoni Ewropea – Interpretazzjoni – Dispożizzjoni li ma tinkludi ebda riferiment espress għad-dritt tal-Istati Membri – Interpretazzjoni awtonoma u uniformi

  2. Ambjent – Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti fuq l-ambjent – Direttiva 85/337 – Interpretazzjoni – Evalwazzjoni tal-effetti ta’ proġett fuq il-valur ta’ beni materjali – Esklużjoni – Danni patrimonjali direttament riżultanti mill-effetti ta’ proġett fuq l-ambjent – Inklużjoni fl-għan ta’ protezzjoni mfittex mid-Direttiva – Nuqqas ta’ evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent – Ommissjoni li, minnha nnifisha, ma tagħtix dritt għal kumpens għal dannu patrimonjali kkawżat lil individwu bid-deprezzament tal-valur tal-beni immobbli tiegħu maħluq mill-effetti fuq l-ambjent tal-proġett inkwistjoni – Kumpens suġġett għall-osservanza tar-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni fis-suġġett – Obbligu tal-qorti nazzjonali għall-verifika tal-osservanza tar-rekwiżiti msemmija

    (Direttiva tal-Kunsill 85/337, kif emendata bid-Direttivi 97/11 u 2003/35, Artikolu 3)

  3. Ambjent – Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti fuq l-ambjent – Direttiva 85/337 – Obbligu tal-awtoritajiet kompetenti li jwettqu l-evalwazzjoni qabel l- awtorizzazzjoni – Nuqqas ta’ evalwazzjoni – Obbligu tal-awtoritajiet li jagħtu rimedju għal dan in-nuqqas – Portata – Applikazzjoni tal-modalitajiet proċedurali nazzjonali – Limiti

    (Artikolu 4(3) TUE; Direttiva tal-Kunsill 85/337, kif emendata bid-Direttivi 97/11 u 2003/35)

  4. Dritt tal-Unjoni Ewropea – Drittijiet mogħtija lill-individwi – Ksur minn Stat Membru – Obbligu ta’ kumpens għad-dannu kkawżat lill-individwi – Kundizzjonijiet – Modalitajiet tal-kumpens – Applikazzjoni tad-dritt nazzjonali – Limiti

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 24)

  2.  L-Artikolu 3 tad-Direttiva 85/337, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata bid-Direttivi tal-Kunsill 97/11 u 2003/35, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-istima tal-effetti fuq l-ambjent, kif stabbilita f’dan l-artikolu, ma tinkludix l-istima tal-effetti tal-proġett inkwistjoni fuq il-valur tal-beni materjali. Madankollu, id-danni patrimonjali, sa fejn ikunu konsegwenzi ekonomiċi diretti tal-effetti fuq l-ambjent ta’ proġett pubbliku jew privat, huma koperti mill-għan ta’ protezzjoni mfittex minn din id-direttiva.

    Fir-rigward tal-kumpens għal tali danni, fil-prinċipju, il-fatt li ma saritx stima tal-effetti fuq l-ambjent bi ksur tar-rekwiżiti tad-direttiva msemmija, minnu nnifsu ma jikkonferixxix fuq individwu, skont id-dritt tal-Unjoni u mingħajr preġudizzju għal regoli tad-dritt nazzjonali inqas restrittivi fil-qasam tar-responsabbiltà tal-Istat, dritt għal kumpens għal dannu purament patrimonjali kkawżat mid-deprezzament tal-valur tal-beni immobbli tiegħu maħluq minn effetti fuq l-ambjent tal-proġett imsemmi. Madankollu, finalment, hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika jekk humiex sodisfatti l-eżiġenzi tad-dritt tal-Unjoni applikabbli għad-dritt għal kumpens, b’mod partikolari l-eżistenza ta’ rabta kawżali diretta bejn il-ksur allegat u d-danni subiti.

    (ara l-punti 30, 36, 47, 48 u d-dispożittiv)

  3.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 37-39)

  4.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 40-43)

Kawża C-420/11

Jutta Leth

vs

Republik Österreich, Land Niederösterreich

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof)

“Ambjent — Direttiva 85/337/KEE — Stima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent — Awtorizzazzjoni ta’ tali proġett fin-nuqqas ta’ evalwazzjoni xierqa — Għanijiet ta’ din l-evalwazzjoni — Kundizzjonijiet li hija suġġetta għalihom l-eżistenza ta’ dritt għal kumpens — Inklużjoni jew le tal-protezzjoni tal-individwi kontra d-danni patrimonjali”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-14 ta’ Marzu 2013

  1. Dritt tal-Unjoni Ewropea — Interpretazzjoni — Dispożizzjoni li ma tinkludi ebda riferiment espress għad-dritt tal-Istati Membri — Interpretazzjoni awtonoma u uniformi

  2. Ambjent — Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti fuq l-ambjent — Direttiva 85/337 — Interpretazzjoni — Evalwazzjoni tal-effetti ta’ proġett fuq il-valur ta’ beni materjali — Esklużjoni — Danni patrimonjali direttament riżultanti mill-effetti ta’ proġett fuq l-ambjent — Inklużjoni fl-għan ta’ protezzjoni mfittex mid-Direttiva — Nuqqas ta’ evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent — Ommissjoni li, minnha nnifisha, ma tagħtix dritt għal kumpens għal dannu patrimonjali kkawżat lil individwu bid-deprezzament tal-valur tal-beni immobbli tiegħu maħluq mill-effetti fuq l-ambjent tal-proġett inkwistjoni — Kumpens suġġett għall-osservanza tar-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni fis-suġġett — Obbligu tal-qorti nazzjonali għall-verifika tal-osservanza tar-rekwiżiti msemmija

    (Direttiva tal-Kunsill 85/337, kif emendata bid-Direttivi 97/11 u 2003/35, Artikolu 3)

  3. Ambjent — Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti fuq l-ambjent — Direttiva 85/337 — Obbligu tal-awtoritajiet kompetenti li jwettqu l-evalwazzjoni qabel l- awtorizzazzjoni — Nuqqas ta’ evalwazzjoni — Obbligu tal-awtoritajiet li jagħtu rimedju għal dan in-nuqqas — Portata — Applikazzjoni tal-modalitajiet proċedurali nazzjonali — Limiti

    (Artikolu 4(3) TUE; Direttiva tal-Kunsill 85/337, kif emendata bid-Direttivi 97/11 u 2003/35)

  4. Dritt tal-Unjoni Ewropea — Drittijiet mogħtija lill-individwi — Ksur minn Stat Membru — Obbligu ta’ kumpens għad-dannu kkawżat lill-individwi — Kundizzjonijiet — Modalitajiet tal-kumpens — Applikazzjoni tad-dritt nazzjonali — Limiti