Kawża C-395/11

BLV Wohn- und Gewerbebau GmbH

vs

Finanzamt Lüdenscheid

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof)

“Tassazzjoni — Sitt Direttiva tal-VAT — Deċiżjoni 2004/290/KE — Applikazzjoni minn Stat Membru ta’ miżura ta’ deroga — Awtorizzazzjoni — Artikolu 2(1) — Kunċett ta’ ‘xogħlijiet ta’ kostruzzjoni’ — Interpretazzjoni — Inklużjoni tal-provvisti ta’ oġġetti — Possibbiltà li din id-deroga tiġi applikata parzjalment — Restrizzjonijiet”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2012

  1. Dritt tal-Unjoni Ewropea – Interpretazzjoni – Metodi – Interpretazzjoni litterali, sistematika u teleoloġika – Deroga minn regola ġenerali – Interpretazzjoni restrittiva – Limitu – Effettività tad-deroga

  2. Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Persuni taxxabbli – Miżuri nazzjonali derogatorji – Deċiżjoni 2004/290 li tawtorizza lill-Ġermanja tindika lir-riċevitur tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni bħala l-persuna taxxabbli – Kunċett ta’ “xogħlijiet ta’ kostruzzjoni” – Kunsinni ta’ oġġetti – Inklużjoni

    (Direttiva tal-Kunsill 77/388, Artikoli 5(1), 6(1), 21 u 27(1); Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/290, Artikolu 2(1))

  3. Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Persuni taxxabbli – Miżuri nazzjonali derogatorji – Deċiżjoni 2004/290 li tawtorizza lill-Ġermanja tindika lir-riċevitur tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni bħala l-persuna taxxabbli – Eżerċizzju parzjali ta’ din l-awtorizzazzjoni għal ċerti kategoriji ta’ xogħlijiet u ta’ operazzjonijiet

    (Direttiva tal-Kunsill Nru 77/388, Artikoli 21 u 27(1); Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/290)

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 25, 33)

  2.  L-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni 2004/290, li tawtorizza lill-Ġermanja tapplika miżura li tidderoga mill-Artikolu 21 tas-Sitt Direttiva 77/388 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “xogħlijiet ta’ kostruzzjoni” li jinsab f’din id-dispożizzjoni jinkludi wkoll, minbarra l-operazzjonijiet ikkunsidrati bħala provvisti ta’ servizzi, kif iddefiniti fl-Artikolu 6(1) tas-Sitt Direttiva, dawk li jikkostitwixxu kunsinni ta’ oġġetti fis-sens tal-Artikolu 5(1) ta’ din id-direttiva.

    (ara l-punt 35, dispożittiv 1)

  3.  Id-Deċiżjoni 2004/290, li tawtorizza lill-Ġermanja tapplika miżura li tidderoga mill-Artikolu 21 tas-Sitt Direttiva 77/388/KEE fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ, għandha tiġi interpretata fis-sens li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja tista’ sempliċement teżerċita l-awtorizzazzjoni mogħtija permezz ta’ din id-deċiżjoni parzjalment għal ċerti kategoriji, bħal diversi tipi ta’ xogħlijiet ta’ kostruzzjoni, u għall-operazzjonijiet imwettqa favur ċerti riċevituri.

    Fl-istabbiliment ta’ dawn il-kategoriji, dan l-Istat Membru għandu josserva l-prinċipju ta’ newtralità fiskali kif ukoll il-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, fosthom b’mod partikolari dawk ta’ proporzjonalità u ta’ ċertezza legali.

    Il-qorti tar-rinviju għandha tivverifika, filwaqt li tieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi legali u fattwali kollha li huma rilevanti, jekk dan huwa l-każ fil-kawża prinċipali, u tadotta, eventwalment, il-miżuri meħtieġa sabiex tirrimedja l-konsegwenzi dannużi ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet inkwistjoni li jiksru l-prinċipji ta’ proporzjonalità jew ta’ ċertezza legali.

    (ara l-punt 50, dispożittiv 2)

Kawża C-395/11

BLV Wohn- und Gewerbebau GmbH

vs

Finanzamt Lüdenscheid

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof)

“Tassazzjoni — Sitt Direttiva tal-VAT — Deċiżjoni 2004/290/KE — Applikazzjoni minn Stat Membru ta’ miżura ta’ deroga — Awtorizzazzjoni — Artikolu 2(1) — Kunċett ta’ ‘xogħlijiet ta’ kostruzzjoni’ — Interpretazzjoni — Inklużjoni tal-provvisti ta’ oġġetti — Possibbiltà li din id-deroga tiġi applikata parzjalment — Restrizzjonijiet”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2012

  1. Dritt tal-Unjoni Ewropea — Interpretazzjoni — Metodi — Interpretazzjoni litterali, sistematika u teleoloġika — Deroga minn regola ġenerali — Interpretazzjoni restrittiva — Limitu — Effettività tad-deroga

  2. Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Persuni taxxabbli — Miżuri nazzjonali derogatorji — Deċiżjoni 2004/290 li tawtorizza lill-Ġermanja tindika lir-riċevitur tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni bħala l-persuna taxxabbli — Kunċett ta’ “xogħlijiet ta’ kostruzzjoni” — Kunsinni ta’ oġġetti — Inklużjoni

    (Direttiva tal-Kunsill 77/388, Artikoli 5(1), 6(1), 21 u 27(1); Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/290, Artikolu 2(1))

  3. Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Persuni taxxabbli — Miżuri nazzjonali derogatorji — Deċiżjoni 2004/290 li tawtorizza lill-Ġermanja tindika lir-riċevitur tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni bħala l-persuna taxxabbli — Eżerċizzju parzjali ta’ din l-awtorizzazzjoni għal ċerti kategoriji ta’ xogħlijiet u ta’ operazzjonijiet