Kawża C-394/11

Valeri Hariev Belov

vs

CHEZ Elektro Balgaria AD et

(talba għal deċiżjoni preliminari magħmula minn la Komisia za zashtita ot diskriminatsia)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 267 TFUE — Kunċett ta’ ‘qorti nazzjonali’ — Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-31 ta’ Jannar 2013

Domandi preliminari – Talba mressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja – Qorti nazzjonali fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE – Kunċett

(Artikolu 267 TFUE)

Sabiex jiġi stabbilit jekk entità nazzjonali, li l-liġi tkun fdata b’funzjonijiet ta’ natura differenti, għandhiex tiġi kkwalifikata bħala “qorti” fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE, huwa neċessarju li jiġi vverifikat liema hija n-natura speċifika tal-funzjonijiet li hija tkun qiegħda teżerċita fil-kuntest legali partikolari fejn issir it-talba għal deċiżjoni preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja.

F’dan ir-rigward, tali entità ma tistax tiġi kkwalifikata bħala qorti meta, mill-proċedura li permezz tagħha tkun ressqet it-talba quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, ikun ikkonstatat li din il-proċedura tista’ toriġina mill-inizjattiva ta’ parti, iżda li tista’ tinbeda wkoll ex officio mill-entità, li r-regoli applikabbli kif ukoll ir-riżultati li twassal għalihom il-proċedura huma l-istess, indipendentement miċ-ċirkustanza li din titressaq b’rikors jew ex officio, li l-entità tista’ ssejjaħ b’mod awtoritarju fil-proċedura persuni oħra minbarra dawk imsemmija mir-rikorrenti u li, meta d-deċiżjoni ta’ din l-entità tiġi kkontestata, din tal-aħħar ikollha l-kwalità ta’ konvenuta u tista’ tħassar id-deċiżjoni tagħha.

(ara l-punti 41, 43, 47-50)

Kawża C-394/11

Valeri Hariev Belov

vs

CHEZ Elektro Balgaria AD et

(talba għal deċiżjoni preliminari magħmula minn la Komisia za zashtita ot diskriminatsia)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 267 TFUE — Kunċett ta’ ‘qorti nazzjonali’ — Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-31 ta’ Jannar 2013

Domandi preliminari — Talba mressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja — Qorti nazzjonali fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE — Kunċett