Kawża C-387/11

Il-Kummissjoni Ewropea

vs

Ir-Renju tal-Belġju

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Artikoli 49 TFUE u 63 TFUE — Artikoli 31 u 40 tal-Ftehim ŻEE — Taxxa fuq id-dħul minn kapital u minn beni mobbli — Kumpanniji ta’ investiment residenti u mhux residenti — Withholding tax — Imputazzjoni tal-withholding tax — Eżenzjoni tad-dħul minn kapital u minn beni mobbli — Diskriminazzjoni — Ġustifikazzjonijiet”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-25 ta’ Ottubru 2012

  1. Libertà ta’ stabbiliment – Moviment liberu tal-kapital – Dispożizzjonijiet tat-Trattat – Kamp ta’ applikazzjoni – Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi ċerti benefiċċji mit-taxxa fuq id-dħul minn kapital u minn beni mobbli magħmul minn kumpanniji ta’ investiment mhux residenti u li ma għandhomx stabbiliment fiss fl-Istat Membru – Applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw kemm il-libertà ta’ stabbiliment kif ukoll il-moviment liberu tal-kapital

    (Artikoli 49 TFUE u 63 TFUE)

  2. Libertà ta’ stabbiliment – Moviment liberu tal-kapital – Restrizzjonijiet – Leġiżlazzjoni fiskali – Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi ċerti benefiċċji mit-taxxa fuq id-dħul minn kapital u minn beni mobbli magħmul minn kumpanniji ta’ investiment mhux residenti u li ma għandhomx stabbiliment fiss fl-Istat Membru – Inammissibbiltà – Ġustifikazzjoni – Assenza

    (Artikoli 49 TFUE u 63 TFUE; Ftehim ŻEE, Artikoli 31 u 40)

  3. Libertà ta’ stabbiliment – Moviment liberu tal-kapital – Restrizzjonijiet – Leġiżlazzjoni fiskali – Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi ċerti benefiċċji mit-taxxa fuq id-dħul minn kapital u minn beni mobbli magħmul minn kumpanniji ta’ investiment mhux residenti u li ma għandhomx stabbiliment fiss fl-Istat Membru – Inammissibbiltà – Ftehim dwar ħelsien minn taxxa doppja konkluż ma Stati oħra – Assenza ta’ effett

    (Artikoli 49 TFUE u 63 TFUE)

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 33-35)

  2.  Billi jżomm fis-seħħ regoli differenti dwar it-tassazzjoni ta’ dħul minn kapital u minn beni mobbli skont jekk dan id-dħul isirx minn kumpanniji ta’ investiment residenti jew minn kumpanniji ta’ investiment mhux residenti li ma għandhomx stabbiliment fiss fl-Istat Membru, dan tal-aħħar jonqos milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 49 TFUE u 63 TFUE kif ukoll taħt l-Artikoli 31 u 40 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea.

    Fil-fatt, leġiżlazzjoni fiskali li ma tagħtix ċerti benefiċċji fuq l-intaxxar tad-dħul magħmul minn kumpanniji ta’ investiment mhux residenti li ma għandhomx stabbiliment fiss fl-Istat Membru, filwaqt li tagħti dawn il-benefiċċji fuq l-intaxxar tad-dħul magħmul minn kumpanniji ta’ investiment residenti, tistabbilixxi trattament sfavorevoli għall-kumpanniji mhux residenti.

    Sabiex tali differenza fit-trattament tkun tista’ tiġi kkunsidrata bħala kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tat-trattat dwar il-moviment liberu tal-kapital u l-libertà ta’ stabbiliment, jeħtieġ li din id-differenza fit-trattament jew tkun tikkonċerna sitwazzjonijiet li ma humiex oġġettivament paragunabbli jew inkella tkun iġġustifikata minn raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali.

    Madankollu, il-kumpanniji ta’ investiment mhux residenti li jagħmlu dan id-dħul jinsabu f’sitwazzjoni paragunabbli għal dik tal-kumpanniji residenti f’dak li jikkonċerna r-riskju ta’ impożizzjoni ta’ sensiela ta’ taxxi fuq id-dħul minn kapital u minn beni mobbli, b’mod li l-kumpanniji benefiċjarji mhux residenti ma jistgħux jiġu ttrattati b’mod differenti minn kumpanniji benefiċjarji residenti.

    Barra minn hekk, tali restrizzjoni ma hijiex iġġustifikata minn raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali. L-ewwel nett, din ma hijiex iġġustifikata min-neċessità li jiġi żgurat it-tqassim ibbilanċjat tas-setgħa ta’ tassazzjoni, peress li, jekk Stat Membru jkun iddeċieda li ma jintaxxax lill-kumpanniji benefiċjarji stabbiliti fit-territorju tiegħu fir-rigward ta’ dan it-tip ta’ dħul, huwa ma jistax jinvoka l-ħtieġa li jiġi żgurat tqassim ibbilanċjat tas-setgħa ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri sabiex jiġġustifika t-tassazzjoni tal-kumpanniji benefiċjarji stabbiliti fi Stat Membru ieħor.

    It-tieni nett, tali miżura lanqas ma hija ġġustifikata minn raġunijiet relatati mal-koerenza tas-sistema fiskali, peress li l-kumpanniji ta’ investiment mhux residenti ma jistgħux, fl-ebda ċirkustanza, jibbenefikaw mill-eżenzjoni tad-dħul minn kapital u minn beni mobbli fir-rigward tad-dħul li huma jirċievu minn kumpanniji stabbiliti fl-Istat Membru li jimponi t-taxxa u lanqas mill-imputazzjoni jew mir-rimbors tal-withholding tax, u dan indipendentement mill-garanziji fil-qasam ta’ kontroll fiskali li huma jistgħu jippreżentaw.

    (ara l-punti 38-40, 45, 51, 74-76, 80, 81, 83 u d-dispożittiv 1)

  3.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 55-58)

Kawża C-387/11

Il-Kummissjoni Ewropea

vs

Ir-Renju tal-Belġju

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Artikoli 49 TFUE u 63 TFUE — Artikoli 31 u 40 tal-Ftehim ŻEE — Taxxa fuq id-dħul minn kapital u minn beni mobbli — Kumpanniji ta’ investiment residenti u mhux residenti — Withholding tax — Imputazzjoni tal-withholding tax — Eżenzjoni tad-dħul minn kapital u minn beni mobbli — Diskriminazzjoni — Ġustifikazzjonijiet”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-25 ta’ Ottubru 2012

  1. Libertà ta’ stabbiliment — Moviment liberu tal-kapital — Dispożizzjonijiet tat-Trattat — Kamp ta’ applikazzjoni — Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi ċerti benefiċċji mit-taxxa fuq id-dħul minn kapital u minn beni mobbli magħmul minn kumpanniji ta’ investiment mhux residenti u li ma għandhomx stabbiliment fiss fl-Istat Membru — Applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw kemm il-libertà ta’ stabbiliment kif ukoll il-moviment liberu tal-kapital

    (Artikoli 49 TFUE u 63 TFUE)

  2. Libertà ta’ stabbiliment — Moviment liberu tal-kapital — Restrizzjonijiet — Leġiżlazzjoni fiskali — Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi ċerti benefiċċji mit-taxxa fuq id-dħul minn kapital u minn beni mobbli magħmul minn kumpanniji ta’ investiment mhux residenti u li ma għandhomx stabbiliment fiss fl-Istat Membru — Inammissibbiltà — Ġustifikazzjoni — Assenza

    (Artikoli 49 TFUE u 63 TFUE; Ftehim ŻEE, Artikoli 31 u 40)

  3. Libertà ta’ stabbiliment — Moviment liberu tal-kapital — Restrizzjonijiet — Leġiżlazzjoni fiskali — Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi ċerti benefiċċji mit-taxxa fuq id-dħul minn kapital u minn beni mobbli magħmul minn kumpanniji ta’ investiment mhux residenti u li ma għandhomx stabbiliment fiss fl-Istat Membru — Inammissibbiltà — Ftehim dwar ħelsien minn taxxa doppja konkluż ma Stati oħra — Assenza ta’ effett