Kawża C-385/11

Isabel Elbal Moreno

vs

Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS) u Tesorería General de la Seguridad Social (TGSS)

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social de Barcelona)

“Artikolu 157 TFUE — Direttiva 79/7/KEE — Direttiva 97/81/KE — Ftehim qafas dwar xoghol part-time — Direttiva 2006/54/KE — Pensjoni tal-irtirar kontributorja — Ugwaljanza fit-trattament bejn ħaddiema rġiel u ħaddiema nisa — Diskriminazzjoni indiretta bbażata fuq is-sess”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-22 ta’ Novembru 2012

  1. Politika soċjali – Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol part time – Direttiva 97/81 – Kundizzjonijiet ta’ impjieg – Kunċett – Kundizzjonijiet dwar il-pensjonijiet li jirriżultaw minn sistema legali ta’ sigurtà soċjali – Esklużjoni

    (Artikolu 157 TFUE; Direttiva tal-Kunsill 97/81, punt 1 tal-klawżola 4 tal-Anness; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2006/54, Artikolu 4)

  2. Politika soċjali – Ugwaljanza fit-trattament bejn irġiel u nisa fil-qasam tas-sigurtà soċjali – Direttiva 79/7 – Aċċess għal pensjoni tal-irtirar tat-tip kontributorja – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirrikjedi minn ħaddiema part-time perijodu ta’ kontribuzzjon proporzjonalment itwal imqabbel mal-ħaddiema full-time – Ħaddiema part-time li ħafna minnhom huma nisa – Inammissibbiltà – Ġustifikazzjoni – Assenza

    (Direttiva tal-Kunsill 79/7, Artikolu 4)

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 22, 25)

  2.  L-Artikolu 4 tad-Direttiva 79/7, dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali, għandu jiġi interpretat fis sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tirrikjedi li ħaddiema part-time, li ħafna minnhom huma nisa, meta mqabbla ma’ ħaddiema full-time, perijodu ta’ kontribuzzjoni proporzjonalment itwal għal aċċess, jekk ikun il-każ, għal pensjoni tal-irtirar tat-tip kontributorja li l-ammont tagħha hija mnaqqsa proporzjonalment skont il-ħin tax-xogħol tagħhom.

    Fil-fatt, din il-leġiżlazzjoni tiżvantaġġja lill-ħaddiema part-time li, skont l-istatistiċi ħafna minnhom huma nisa, li għal żmien twil wettqu xogħol part-time mnaqqas, hekk li, minħabba l-metodu użat sabiex jiġi kkalkulat il-perijodu ta’ kontribuzzjoni rikjest għal aċċess għal pensjoni tal-irtirar, din il-leġiżlazzjoni teskludi, fil-prattika, dawn il-ħaddiema minn kull possibbiltà li jiksbu tali pensjoni.

    Barra min hekk, din il-leġiżlazzjoni ma hijiex iġġustifikata min-neċessità li jiġi ggarantit l-ekwilibiriju finanzjarju tas-sistema ta’ sigurtà soċjali meta l-ħaddiema part-time kkonċernati ħallsu kontribuzzjonijiet intiżi, b’mod partikolari, sabiex jiffinanzjaw is-sistema tal-pensjonijiet u li huwa paċifiku li, għalkemm jirċievu pensjoni, l-ammont tagħha jkun proporzjonalment imnaqqas skont il-ħin tax-xogħol u l-kontribuzzjonijiet imħallsa.

    (ara l-punti 30-34, 38 u d-dispożittiv)

Kawża C-385/11

Isabel Elbal Moreno

vs

Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS) u Tesorería General de la Seguridad Social (TGSS)

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social de Barcelona)

“Artikolu 157 TFUE — Direttiva 79/7/KEE — Direttiva 97/81/KE — Ftehim qafas dwar xoghol part-time — Direttiva 2006/54/KE — Pensjoni tal-irtirar kontributorja — Ugwaljanza fit-trattament bejn ħaddiema rġiel u ħaddiema nisa — Diskriminazzjoni indiretta bbażata fuq is-sess”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-22 ta’ Novembru 2012

  1. Politika soċjali — Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol part time — Direttiva 97/81 — Kundizzjonijiet ta’ impjieg — Kunċett — Kundizzjonijiet dwar il-pensjonijiet li jirriżultaw minn sistema legali ta’ sigurtà soċjali — Esklużjoni

    (Artikolu 157 TFUE; Direttiva tal-Kunsill 97/81, punt 1 tal-klawżola 4 tal-Anness; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2006/54, Artikolu 4)

  2. Politika soċjali — Ugwaljanza fit-trattament bejn irġiel u nisa fil-qasam tas-sigurtà soċjali — Direttiva 79/7 — Aċċess għal pensjoni tal-irtirar tat-tip kontributorja — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirrikjedi minn ħaddiema part-time perijodu ta’ kontribuzzjon proporzjonalment itwal imqabbel mal-ħaddiema full-time — Ħaddiema part-time li ħafna minnhom huma nisa — Inammissibbiltà — Ġustifikazzjoni — Assenza