Kawża C-363/11
Epitropos tou Elegktikou Synedriou sto Ypourgeio Politismou kai Tourismou
vs
Ypourgeio Politismou kai Tourismou – Ypiresia Dimosionomikou Elenchou
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Elegktiko Synedrio (il-Greċja)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kunċett ta’ ‘qorti jew tribunal ta’ xi Stat Membru’ fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE — Proċedura intiża li twassal għal deċiżjoni ta’ natura ġudizzjarja — Qorti tal-Awdituri li tiddeċiedi fuq awtorizzazzjoni minn qabel għal nefqa pubblika — Inammissibbiltà”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2012
Domandi preliminari – Talba mressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja – Qorti jew tribunal fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE – Kunċett
(Artikolu 267 TFUE)
Korp nazzjonali jista’ jiġi kklassifikat bħala “qorti jew tribunal” fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE meta huwa ma huwiex korp indipendenti, fis-sens li ma għandux il-kwalità ta’ terza parti fir-rigward tal-awtorità li adottat id-deċiżjoni li hija s-suġġett tar-rikors. Għalhekk, din il-klassifikazzjoni ma tistax tiġi rikonoxxuta jekk dan il-korp jippreżenta rabta organika mal-imsemmija amministrazzjoni.
Dan huwa l-każ ta’ korp li wieħed mill-membri tiegħu huwa l-awtur tad-deċiżjoni amministrattiva kkontestata u li, fl-eżerċizzju tal-kompetenzi li jirrigwardaw il-proċeduri fil-kawża prinċipali, huwa mitlub sabiex jadotta deċiżjoni li ma tagħmilx parti mill-kuntest ta’ proċedura intiża li twassal għal deċiżjoni ta’ natura ġudizzjarja, kuntrarjament għar-rekwiżit ġurisprudenzjali, li jirriżutla mill- Artikolu 267 TFUE.
(ara l-punti 18, 20, 21, 23, 28)
Kawża C-363/11
Epitropos tou Elegktikou Synedriou sto Ypourgeio Politismou kai Tourismou
vs
Ypourgeio Politismou kai Tourismou – Ypiresia Dimosionomikou Elenchou
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Elegktiko Synedrio (il-Greċja)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kunċett ta’ ‘qorti jew tribunal ta’ xi Stat Membru’ fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE — Proċedura intiża li twassal għal deċiżjoni ta’ natura ġudizzjarja — Qorti tal-Awdituri li tiddeċiedi fuq awtorizzazzjoni minn qabel għal nefqa pubblika — Inammissibbiltà”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2012
Domandi preliminari — Talba mressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja — Qorti jew tribunal fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE — Kunċett