Kawżi magħquda C-320/11, C-330/11, C-382/11 u C-383/11

Digitalnet OOD et

vs

Nachalnik na Mitnicheski punkt — Varna Zapad pri Mitnitsa Varna

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad – Varna)

“Tariffa Doganali Komuni — Klassifikazzjoni tariffarja — Nomenklatura Magħquda — Apparat li jista’ jirċievi sinjali tat-televiżjoni li fih modem għall-aċċess għall-internet u li jiżgura funzjoni ta’ skambju interattiv ta’ informazzjoni”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-22 ta’ Novembru 2012

  1. Unjoni doganali – Tariffa Doganali Komuni – Intestaturi tariffarji – Apparat li jista’ jirċievi sinjali tat-televiżjoni li fih modem għall-aċċess għall-internet u li jiżgura funzjoni ta’ skambju interattiv ta’ informazzjoni – Klassifikazzjoni fis-subintestatura 8528 71 13 tan-Nomenklatura Magħquda – Kriterji – Kunċett ta’ modem għall-aċċess għall-internet

    (Regolament tal-Kunsill Nru 2658/87, kif emendat bir-Regolamenti Nri 1031/2008 u 948/2009, Anness I)

  2. Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Limiti – Klassifikazzjoni ta’ merkanzija fl-intestaturi tariffarji tat-Tariffa Doganali Komuni

    (Artikolu 267 TFUE)

  3. Unjoni doganali – Dikjarazzjonijiet doganali – Stħarriġ a posteriori – Bidla ta’ klassifikazzjoni tariffarja – Bidla mwettqa fid-dawl ta’ dokumenti bil-miktub – Obbligu ta’ verifika fiżika tal-merkanzija – Assenza

    (Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, Artikolu 78(2))

  1.  In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament Nru 2658/87, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendat, rispettivament, bir-Regolamenti Nru 1214/2007, Nru 1031/2008 u Nru 948/2009, għandha tiġi interpretata fis-sens li apparat, sabiex jiġi kklassifikat fis-subintestatura 8528 71 13, għandu jissodisfa żewġ kundizzjonijiet, ir-riċezzjoni ta’ sinjali tat-televiżjoni u l-preżenza ta’ modem li jippermetti l-aċċess għall-internet. Fin-nuqqas ta’ waħda jew oħra minn dawn il-funzjonijiet, l-apparat għandu jiġi kklassifikat fis-subintestatura 8528 71 19.

    Barra minn hekk, għall-finijiet tal-klassifikazzjoni ta’ tali apparat fis-subintestatura 8528 71 13, modem għall-aċċess għall-internet jikkostitwixxi dispożittiv li waħdu huwa kapaċi, u mingħajr l-intervent ta’ ebda apparat jew mekkaniżmu ieħor, jaċċedi għall-internet u jiżgura interattività.

    Fil-fatt, l-użu intenzjonat ta’ prodott jista’ jikkostitwixxi kriterju oġġettiv ta’ klassifikazzjoni sa kemm dan ikun inerenti għall-prodott imsemmi, fejn din in-natura inerenti għandha tkun tista’ tiġi evalwata fuq il-bażi tal-karatteristiċi u tal-proprjetajiet oġġettivi tiegħu.

    Għaldaqstant, billi jeskludu mill-kunċett ta’ “mowdem” id-dispożittivi li jwettqu funzjonijiet simili għal modem minħabba kunsiderazzjonijiet tekniċi filwaqt li biss l-għan tal-kapaċità ta’ aċċess għall-internet huwa rilevanti għall-finijiet tal-klassifikazzjoni, in-Noti ta’ Spjega tas-7 ta’ Mejju 2008 dwar is-subintestatura 8528 71 13 illimitaw is-sens ta’ dan l-aħħar kunċett. Għaldaqstant, dawn in-noti jmorru kontra, fuq dan il-punt, in-Nomenklatura Magħquda u ma għandhomx jiġu kkunsidrati.

    (ara l-punti 30, 43, 45, 48, 59 u d-dispożittiv 1, 2)

  2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 61)

  3.  L-Artikolu 78(2) tar-Regolament Nru 2913/92, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ispezzjoni a posteriori ta’ merkanzija u l-bdil sussegwenti tal-klassifikazzjoni tariffarja tagħha jistgħu jsiru abbażi ta’ dokumenti bil-miktub mingħajr ma l-awtoritajiet doganali jkunu obbligati jagħmlu verifika fiżika tal-imsemmija merkanzija.

    (ara l-punt 67 u d-dispożittiv 3)

Kawżi magħquda C-320/11, C-330/11, C-382/11 u C-383/11

Digitalnet OOD et

vs

Nachalnik na Mitnicheski punkt — Varna Zapad pri Mitnitsa Varna

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad – Varna)

“Tariffa Doganali Komuni — Klassifikazzjoni tariffarja — Nomenklatura Magħquda — Apparat li jista’ jirċievi sinjali tat-televiżjoni li fih modem għall-aċċess għall-internet u li jiżgura funzjoni ta’ skambju interattiv ta’ informazzjoni”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-22 ta’ Novembru 2012

  1. Unjoni doganali — Tariffa Doganali Komuni — Intestaturi tariffarji — Apparat li jista’ jirċievi sinjali tat-televiżjoni li fih modem għall-aċċess għall-internet u li jiżgura funzjoni ta’ skambju interattiv ta’ informazzjoni — Klassifikazzjoni fis-subintestatura 8528 71 13 tan-Nomenklatura Magħquda — Kriterji — Kunċett ta’ modem għall-aċċess għall-internet

    (Regolament tal-Kunsill Nru 2658/87, kif emendat bir-Regolamenti Nri 1031/2008 u 948/2009, Anness I)

  2. Domandi preliminari — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Limiti — Klassifikazzjoni ta’ merkanzija fl-intestaturi tariffarji tat-Tariffa Doganali Komuni

    (Artikolu 267 TFUE)

  3. Unjoni doganali — Dikjarazzjonijiet doganali — Stħarriġ a posteriori — Bidla ta’ klassifikazzjoni tariffarja — Bidla mwettqa fid-dawl ta’ dokumenti bil-miktub — Obbligu ta’ verifika fiżika tal-merkanzija — Assenza