Kawża C-218/11

Észak-dunántúli Környezetvédelmi és Vízügyi Igazgatóság (Édukövízig)

u

Hochtief Construction AG Magyarországi Fióktelepe, li saret Hochtief Solutions AG Magyarországi Fióktelepe

vs

Közbeszerzések Tanácsa Közbeszerzési Döntőbizottság

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Ítélőtábla)

“Direttiva 2004/18/KE — Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi — Artikoli 44(2) u 47(1)(b), (2) u (5) — Kapaċità ekonomika u finanzjarja tal-kandidati jew tal-offerenti — Livell minimu ta’ kapaċità stabbilit unikament abbażi ta’ informazzjoni dwar il-karta tal-bilanċ — Informazzjoni dwar il-kontabbiltà li tista’ tiġi influwenzata minn diverġenzi bejn il-liġijiet nazzjonali fil-qasam ta’ kontabbiltà annwali tal-kumpanniji”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-18 ta’ Ottubru 2012

  1. Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Limiti – Ġurisdizzjoni tal-qorti nazzjonali – Neċessità ta’ domanda preliminari u rilevanza tal-kwistjonijiet imqajma – Evalwazzjoni mill-qorti nazzjonali

    (Artikolu 267 TFUE)

  2. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi – Direttiva 2004/18 – Żvolġiment tal-proċedura – Għoti ta’ kuntratti – Kriterji ta’ selezzjoni kwalitattiva – Kapaċità ekonomika u finanzjarja – Livell minimu stabbilit b’riferiment għal element wieħed jew iktar partikolari tal-karta tal-bilanċ – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet – Obbligu li tali kriterju jiġi miċħud minħabba diverġenzi bejn il-leġiżlazzjonijiet tal-Istati Membri li jikkonċernaw l-elementi tal-karta tal-bilanċ inkwistjoni – Assenza

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/18, Artikoli 44(2) u 47(1)(b))

  3. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi – Direttiva 2004/18 – Żvolġiment tal-proċedura – Kriterji ta’ selezzjoni kwalitattiva – Kapaċità ekonomika u finanzjarja – Impossibbiltà għal operatur ekonomiku li jissodisfa l-kriterju impost, minħabba ftehim ta’ trasferiment sistematiku tal-profitti lill-kumpannija parent – Operatur li jista’ jinvoka l-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra – Leġiżlazzjoni tal-Istat Membru tal-operatur li tawtorizza t-trasferiment tal-profitti mingħajr limitazzjoni, kuntrarjament għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru tal-awtorità kontraenti – Assenza ta’ effett

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/18, Artikolu 47)

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 23)

  2.  L-Artikoli 44(2) u 47(1)(b) tad-Direttiva 2004/18, fuq koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], għandhom jiġu interpretati fis-sens li awtorità kontraenti hija awtorizzata sabiex tirrikjedi livell minimu ta’ kapaċità ekonomika u finanzjarja b’riferiment għal wieħed jew diversi elementi partikolari tal-karta tal-bilanċ, sakemm dawn ikunu oġġettivament xierqa sabiex jinformaw dwar din il-kapaċità fuq livell ta’ operatur ekonomiku u li dan il-livell ikun xieraq għall-importanza tal-kuntratt ikkonċernat fis-sens li jikkostitwixxi oġġettivament indikazzjoni pożittiva tal-eżistenza ta’ bażi ekonomika u finanzjarja suffiċjenti sabiex isseħħ kif għandu jkun l-eżekuzzjoni ta’ dan il-kuntratt, mingħajr madankollu ma jmur lil hinn minn dak li huwa raġonevolment neċessarju għal dan il-għan. Ir-rekwiżit ta’ livell minimu ta’ kapaċità ekonomika u finanzjarja ma jistax, bħala prinċipju, jiġi skartat unikament minħabba li dan il-livell jirrigwarda element tal-karta tal-bilanċ li fir-rigward tiegħu jistgħu jeżistu diverġenzi bejn il-leġiżlazzjonijiet tal-Istati Membri differenti.

    (ara l-punt 32 u d-dispożittiv 1)

  3.  L-Artikolu 47 tad-Direttiva 2004/18, fuq koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta operatur ekonomiku jinsab fl-impossibbiltà li jissodisfa livell minimu ta’ kapaċità ekonomika u finanzjarja li jikkonsisti fil-fatt li r-riżultat tal-karti tal-bilanċ tal-kandidati jew tal-offerenti ma jkunx fin-negattiv għal iktar minn wieħed mill-aħħar tliet snin finanzjarji magħluqa, minħabba ftehim li permezz tiegħu dan l-operatur ekonomiku jittrasferixxi sistematikament il-profitti tiegħu lill-kumpannija parent tiegħu, dan ma għandux possibbiltà oħra, sabiex jissodisfa dan il-livell minimu ta’ kapaċità, ħlief li jipproduċi l-prova tal-kapaċitajiet ta’ entità oħra, skont il-paragrafu (2) ta’ dan l-artikolu. Huwa irrilevanti f’dan ir-rigward li l-leġiżlazzjonijiet tal-Istat Membru ta’ stabbiliment ta’ dan l-operatur ekonomiku u tal-Istat Membru ta’ stabbiliment tal-awtorità kontraenti jvarjaw peress li tali ftehim huwa awtorizzat mingħajr limitazzjoni mil-leġiżlazzjoni tal-ewwel Stat Membru filwaqt li, skont il-leġiżlazzjoni tat-tieni, dan il-ftehim ikun awtorizzat biss bil-kundizzjoni li t-trasferiment tal-profitti ma jkollux bħala effett li jagħmel ir-riżultat tal-karta tal-bilanċ wieħed negattiv.

    (ara l-punt 39 u d-dispożittiv 2)

Kawża C-218/11

Észak-dunántúli Környezetvédelmi és Vízügyi Igazgatóság (Édukövízig)

u

Hochtief Construction AG Magyarországi Fióktelepe, li saret Hochtief Solutions AG Magyarországi Fióktelepe

vs

Közbeszerzések Tanácsa Közbeszerzési Döntőbizottság

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Ítélőtábla)

“Direttiva 2004/18/KE — Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi — Artikoli 44(2) u 47(1)(b), (2) u (5) — Kapaċità ekonomika u finanzjarja tal-kandidati jew tal-offerenti — Livell minimu ta’ kapaċità stabbilit unikament abbażi ta’ informazzjoni dwar il-karta tal-bilanċ — Informazzjoni dwar il-kontabbiltà li tista’ tiġi influwenzata minn diverġenzi bejn il-liġijiet nazzjonali fil-qasam ta’ kontabbiltà annwali tal-kumpanniji”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-18 ta’ Ottubru 2012

  1. Domandi preliminari — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Limiti — Ġurisdizzjoni tal-qorti nazzjonali — Neċessità ta’ domanda preliminari u rilevanza tal-kwistjonijiet imqajma — Evalwazzjoni mill-qorti nazzjonali

    (Artikolu 267 TFUE)

  2. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi — Direttiva 2004/18 — Żvolġiment tal-proċedura — Għoti ta’ kuntratti — Kriterji ta’ selezzjoni kwalitattiva — Kapaċità ekonomika u finanzjarja — Livell minimu stabbilit b’riferiment għal element wieħed jew iktar partikolari tal-karta tal-bilanċ — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet — Obbligu li tali kriterju jiġi miċħud minħabba diverġenzi bejn il-leġiżlazzjonijiet tal-Istati Membri li jikkonċernaw l-elementi tal-karta tal-bilanċ inkwistjoni — Assenza

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/18, Artikoli 44(2) u 47(1)(b))

  3. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi — Direttiva 2004/18 — Żvolġiment tal-proċedura — Kriterji ta’ selezzjoni kwalitattiva — Kapaċità ekonomika u finanzjarja — Impossibbiltà għal operatur ekonomiku li jissodisfa l-kriterju impost, minħabba ftehim ta’ trasferiment sistematiku tal-profitti lill-kumpannija parent — Operatur li jista’ jinvoka l-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra — Leġiżlazzjoni tal-Istat Membru tal-operatur li tawtorizza t-trasferiment tal-profitti mingħajr limitazzjoni, kuntrarjament għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru tal-awtorità kontraenti — Assenza ta’ effett