SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla)
14 ta’ Marzu 2013 ( *1 )
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 92/12/KEE — Dazji tas-sisa — Prodotti tat-tabakk akkwistati fi Stat Membru u ttrasportati lejn Stat Membru ieħor — Kriterji ta’ evalwazzjoni esklużivament kwantitattivi — Artikolu 34 TFUE — Restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjoni — Inammissibbiltà parzjali”
Fil-Kawża C-216/11,
li għandha bħala suġġett rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu skont l-Artikolu 258 TFUE, ippreżentat fl-10 ta’ Mejju 2011,
Il-Kummissjoni Ewropea, irrappreżentata minn W. Mölls u O. Beynet, bħala aġenti, b’indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,
rikorrenti,
vs
Ir-Repubblika Franċiża, irrappreżentata minn G. de Bergues u N. Rouam, bħala aġenti,
konvenuta,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),
komposta minn L. Bay Larsen, President tal-Awla, J. Malenovský, U. Lõhmus, M. Safjan u A. Prechal (Relatur), Imħallfin,
Avukat Ġenerali: P. Cruz Villalón,
Reġistratur: A. Calot Escobar,
wara li rat il-proċedura bil-miktub,
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tad-19 ta’ Diċembru 2012,
tagħti l-preżenti
Sentenza
|
1 |
Permezz tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni Ewropea titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata li, meta tuża kriterju purament kwantitattiv għall-evalwazzjoni tan-natura kummerċjali taż-żamma minn individwi ta’ tabakk immanifatturat li ġej minn Stat Membru ieħor, billi tapplika dan il-kriterju għal kull vettura individwali (u mhux għal kull persuna), u b’mod globali għall-prodotti kollha tat-tabakk u billi tipprekludi purament u sempliċement l-importazzjoni minn individwi ta’ prodotti tat-tabakk ġejjin minn Stat Membru ieħor meta l-kwantità teċċedi 2 kilogrammi għal kull vettura individwali, ir-Repubblika Franċiża naqset mill-obbligi li għandha taħt id-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE, tal-25 ta’ Frar 1992, dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta’ dan it-tip ta’ prodotti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 179), iktar ’il quddiem id-“Direttiva”), u, b’mod partikolari, l-Artikoli 8 u 9 tagħha, kif ukoll l-Artikolu 34 TFUE. |
Il-kuntest ġuridiku
Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni
|
2 |
L-Artikolu 8 tad-Direttiva jipprovdi: “Fir-rigward ta’ prodotti akkwistati minn individwi privati għall-użu proprju tagħhom u trasportati minnhom, il-prinċipju li jirregola s-suq intern jipprovdi li d-dazju tas-sisa għandu jkun dovut fl-Istat membru li fih ikunu ġew akkwistati.” |
|
3 |
Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9 tad-Direttiva: “1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 6, 7 u 8, id-dazju tas-sisa għandu jsir dovut fejn il-prodotti [rilaxxati] għall-konsum fi Stat Membru jkunu miżmuma għal għanijiet kummerċjali fi Stat Membru ieħor. F’dan il-każ, id-dazju għandu jkun dovut fl-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun l-prodotti u għandu jkun dovut mid-detentur tal-prodotti. 2. Biex jistabbilixxu li l-prodotti riferiti fl-Artikolu 8 huma maħsuba għal-għanijiet kummerċjali, l-Istati Membri għandhom jagħtu kont [jikkunsidraw], inter alia, ta’ dan li ġej:
Għall-għanijiet ta’ l-applikazzjoni tal-ħames indent indent [inċiż] ta’ l-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-livelli ta’ gwida, unikament bħala forma ta’ evidenza. Dawn il-livelli ta’ gwida, m’għandhomx ikunu anqas minn:
[...]” |
Il-leġiżlazzjoni Franċiża
|
4 |
L-Artikolu 302 D tal-code général des impôts (Kodiċi Ġenerali tat-Taxxi), fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata mibgħuta fit-23 ta’ Novembru 2009 lir-Repubblika Franċiża (iktar ’il quddiem il-“CGI”), jipprevedi: “I.-1. Ikun hemm l-obbligu li titħallas it-taxxa: [...]
Sabiex jiġi stabbilit li dawk il-prodotti huma miżmuma fi Franza għal finijiet kummerċjali, l-amministrazzjoni tieħu f’kunsiderazzjoni l-elementi segwenti:
|
|
5 |
Skont l-Artikolu 575 G tal-CGI: “It-tabakk immanifatturat ma jistax jiċċirkola wara l-bejgħ tiegħu bl-imnut, fi kwantità ta’ iktar minn 1 kilogramma, mingħajr id-dokument imsemmi fl-Artikolu II tal-Artikolu 302 M”. |
|
6 |
L-Artikolu 575 H tal-CGI jistabbilixxi: “Bl-eċċezzjoni tal-fornituri tal-imħażen, tad-debituri fil-punti tal-bejgħ, il-persuni speċifikati fil-punt 3 tal-Artikolu 565, ix-xerrejja-bejjiegħa msemmija fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 568 jew, fil-kwantitajiet iffissati b’digriet tal-ministru responsabbli għall-baġit, il-bejjiegħa msemmija fl-ewwel paragrafu ta’ dak l-artikolu, ħadd ma jista’ jżomm f’imħażen, f’postijiet kummerċjali jew abbord mezzi ta’ trasport iktar minn 2 kilogrammi ta’ tabakk immanifatturat.” |
Il-prattika amministrattiva Franċiża
|
7 |
Fl-iskadenza tat-terminu previst fl-opinjoni motivata tat-23 ta’ Novembru 2009, is-sit internet tad-Direttorat Ġenerali tad-Dwana u Dazji Indiretti tal-Ministeru tal-Baġit jipprovdi: “Informazzjoni ġenerali Qabel ma tmur minn post għall-ieħor fi ħdan il-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea, jekk tagħmel xirjiet irriżervati għal użu personali, ma għandekx għalfejn timla d-dikjarazzjoni u lanqas tħallas dazji jew taxxi mat-tluq jew mar-ritorn tiegħek fi Franza. [...] Jekk tixtri [...] tabakk, il-leġiżlazzjoni Komunitarja tipprovdi livelli limiti indikattivi fir-rigward ta’ xirjiet minn individwi. Lil hinn mil-livelli limiti tat-tabakk [...], li huma speċifikati iktar ’il quddiem, u skont kriterji oħrajn, ix-xirja tiegħek tista’ titqies bħala kummerċjali mis-servizzi tad-dwana Franċiżi. Għaldaqstant, għandek tħallas id-diversi dazji u taxxi applikabbli fi Franza, għal kull wieħed minn dawk il-prodotti. Dawk il-livelli limiti japplikaw ukoll meta toħroġ minn Franza, lejn Stat ieħor tal-Unjoni Ewropea. Tabakk B’applikazzjoni tal-Artikoli 575 G u 575 H tal-[CGI] [...], id-dispożizzjonijiet segwenti japplikaw sa mill-1 ta’ Jannar 2006 għax-xiri ta’ tabakk, li jsir minn individwi, fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea, ħlief għall-għaxar Stati Membri l-ġodda.
|
Il-proċedura prekontenzjuża
|
8 |
Peress li l-leġiżlazzjoni kif ukoll il-prattika amministrattiva Franiċiżi fl-importazzjoni tat-tabakk mill-individwi kienet tmur kontra d-Direttiva, il-prinċipju ta’ proporzjonalità u l-Artikolu 28 KE, il-Kummissjoni bagħtet lir-Repubblika Franċiża, fit-23 ta’ Ottubru 2007, ittra ta’ intimazzjoni li dan l-Istat Membru rrisponda għaliha permezz ta’ ittra tat-18 ta’ Jannar 2008. |
|
9 |
Fit-23 ta’ Novembru 2009, il-Kummissjoni ħarġet opinjoni motivata fejn stiednet lir-Repubblika Franċiża tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tikkonforma ruħha f’terminu ta’ xahrejn minn meta tirċeviha. Dan l-Istat Membru rrisponda għaliha permezz ta’ ittra tat-22 ta’ Jannar 2010. |
|
10 |
Peress li ma kinitx sodisfatta bl-ispjegazzjonijiet mogħtija mir-Repubblika Franċiża, il-Kummissjoni ddeċidiet li tippreżenta dan ir-rikors. |
Fuq ir-rikors
Fuq l-ewwel ilment, ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 8 u 9 tad-Direttiva
|
11 |
Il-Kummissjoni ssostni li l-leġiżlazzjoni u l-prattika Franċiża amministrattiva huma kuntrarji għad-Direttiva u, b’mod partikolari, għall-Artikoli 8 u 9 tagħha, sa fejn il-kriterji għal evalwazzjoni taż-żamma għal finijiet kummerċjali ta’ prodotti tat-tabakk huma kriterji purament kwantitattivi, li l-livelli limiti previsti fl-Artikoli 575 u 575 H tal-CGI japplikaw globalment għall-prodotti kollha tat-tabakk miżmuma, li dawn il-limiti, fil-każ ta’ trasport b’vettura privata, japplikaw għal kull vettura, u mhux għal kull persuna, u li s-sanzjonijiet previsti fil-każ ta’ ksur ta’ dawn l-aħħar artikoli huma partikolarment severi. |
|
12 |
Ir-Repubblika Franċiża ssostni, qabel kollox, li l-Artikoli 575 G u 575 H tal-CGI jirregolaw biss iż-żamma tat-tabakk u mhux il-modi u l-kundizzjonijiet ta’ ġbir tad-dazji tas-sisa. Dawn id-dispożizzjonijiet huma għalhekk barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikoli 8 u 9 tad-Direttiva. Fi kwalunkwe każ, il-leġiżlazzjoni u l-prattika amministrattiva Franċiżi ma jmorrux kontra d-Direttiva u s-sanzjonijiet previsti huma proporzjonati. |
|
13 |
Għandu jitfakkar li d-Direttiva hija ntiża sabiex tistabbilixxi ċertu numru ta’ regoli f’dak li jikkonċerna ż-żamma, iċ-ċaqliq u l-immonitorjar ta’ prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa u dan, b’mod partikolari sabiex tiżgura li d-dazju tas-sisa jkun jista’ jitħallas b’mod identiku fl-Istati Membri kollha (sentenza tat-23 ta’ Novembru 2006, Joustra, C-5/05, Ġabra p. I-11075, punt 27 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
14 |
Id-Direttiva tistabbilixxi f’dan ir-rigward distinzjoni bejn, minn naħa, il-prodotti li huma miżmuma għal finijiet kummerċjali u, min-naħa l-oħra, il-prodotti miżmuma għal finijiet personali (sentenza Joustra, iċċitata iktar ’il fuq, punt 28). |
|
15 |
Rigward il-prodotti miżmuma għal finijiet personali, l-Artikolu 8 tad-Direttiva jipprevedi li d-dazji tas-sisa jkunu dovuti fl-Istat Membru li fih huma jkunu ġew akkwistati (sentenza Joustra, iċċitata iktar ’il fuq, punt 31). Min-naħa l-oħra, rigward il-prodotti miżmuma għal finijiet kummerċjali, l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva jipprovdi, essenzjalment, li d-dazju tas-sisa jsir dovut fl-Istat Membru fejn dawn il-prodotti huma miżmuma. |
|
16 |
Sabiex jiddetermina li l-prodotti huma miżmuma għal finijiet kummerċjali, l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva jistabbilixxi ċertu numru ta’ kriterji. B’mod partikolari, kif jirriżulta mill-formulazzjoni stess tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom, sabiex jistabbilixxu li l-prodotti huma miżmuma għal finijiet kummerċjali, fost oħrajn, jieħdu inkunsiderazzjoni diversi elementi, peress li l-kwantità ta’ prodotti miżmuma hija biss element wieħed fost numru oħrajn. Barra minn hekk, fir-rigward ta’ dan l-element, it-tieni subparagrafu tal-istess Artikolu 2 jipprovdi li l-Istati Membri jistgħu, biss bħala prova, jistabbilixxi livelli ta’ gwida. |
|
17 |
Minn dan isegwi li, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punti 20 u 21 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva ma jippermettix lill-Istati Membri li jistabbilixxu li prodotti huma miżmuma għal finijiet kummerċjali meta jibbażaw ruħhom biss fuq livell limitu purament kwantitattiv ta’ prodotti miżmuma. |
|
18 |
Fir-rigward tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni, huwa minnu, kif tenfasizza r-Repubblika Franċiża, li l-Artikolu 302 D tal-CGI, bħala tali, ma jipprovdix tali livell limitu purament kwantitattiv sabiex jistabbilixxi li prodotti huma miżmuma għal finijiet kummerċjali. |
|
19 |
Madankollu, peress li dan l-artikolu jipprovdi li japplika “[m]ingħajr preġudizzju għal dak li jipprovdi [...] l-Artikoli 575 G u 575 H [tal-CGI]”, il-livelli limiti previsti f’dawn iż-żewġ artikoli jsiru, fil-fatt, l-uniċi elementi rilevanti sabiex jiġi stabbilit li prodotti huma miżmuma għal finijiet kummerċjali, kif tikkonferma l-prattika amministrattiva Franċiża. Issa, ir-Repubblika Franċiża ma tikkontestax li dawn il-livelli limiti għandhom natura purament kwantitattiva. |
|
20 |
L-imsemmi Stat Membru jsostni wkoll li l-leġiżlazzjoni tiegħu u l-prattika amministrattiva tiegħu ma humiex kontra l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva, peress li l-imsemmija livelli limiti japplikaw b’mod globali għall-prodotti kollha tat-tabakk miżmuma u li, fil-każ ta’ trasport b’vettura individwali, il-kwantitajiet ta’ tabakk huma evalwati għal kull vettura u mhux għal kull persuna. |
|
21 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, kif jirriżulta mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(2) tad-Direttiva, jekk l-Istati Membri jiddeċiedu li jistabbilixxu livelli limiti li, skont din id-dispożizzjoni, jistgħu jkunu biss indikattivi, relatati mal-kwantità ta’ prodotti tat-tabakk miżmuma għall-finijiet tal-kwalifika kummerċjali ta’ żamma tagħhom, huma għandhom josservaw ċerti livelli limiti minimi. |
|
22 |
Issa, minn naħa, meta espliċitament tiffissa livelli limiti minimi għal diversi kategoriji differenti ta’ prodotti tat-tabakk, id-Direttiva tippermetti biss lill-Istati Membri li jistabbilixxu livelli limiti skont il-piż tal-prodotti tat-tabakk miżmuma, b’mod li jkun hemm il-prodotti kollha flimkien, biss bil-kundizzjoni li jiġi osservat kull wieħed minn dawn il-livelli limiti minimi. Ir-Repubblika Franċiża ma ssostnix li din il-kundizzjoni hija sodisfatta fir-rigward tal-livelli limiti previsti fl-Artikoli 575 G u 575 H tal-CGI. |
|
23 |
Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva li għandu l-għan li jispeċifika l-kundizzjonijiet li taħthom id-dazju tas-sisa jsir dovut mid-detentur tal-prodotti fis-sens tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu (1) ta’ dan l-artikolu, il-livelli limiti indikattivi minimi previsti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(2) tad-Direttiva għandhom jiġu kkunsidrati bħala li huma intiżi għall-imsemmi detentur u, għaldaqstant, li japplikaw għal kull persuna. |
|
24 |
Mill-premess jirriżulta li, meta tipprevedi, sabiex jiġi stabbilit li l-prodotti tat-tabakk huma miżmuma għal finijiet kummerċjali, livelli limiti purament kwantitattivi li japplikaw b’mod globali għal dawn il-prodotti kollha u li, fil-każ ta’ trasport b’vettura individwali, huma evalwati għal kull vettura, u meta, barra minn hekk, l-eċċess ta’ dawn il-limiti jirriżulta f’sanzjonijiet, il-leġiżlazzjoni kif ukoll il-prattika amministrattiva Franċiżi jmorru kontra l-Artikolu 9 tad-Direttiva u, għalhekk, ukoll l-Artikolu 8 tagħha. |
|
25 |
Għaldaqstant l-ewwel ilment imqajjem mill-Kummissjoni huwa fondat. |
Fuq it-tieni ilment, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 34 TFUE
|
26 |
Il-Kummissjoni ssostni li l-Artikolu 575 H tal-CGI imur ukoll kontra l-Artikolu 34 TFUE. Fil-fatt, din id-dispożizzjoni nazzjonali tipprevjeni purament u sempliċement l-importazzjoni fi Franza minn individwi ta’ prodotti tat-tabakk ġejjin minn Stat Membru ieħor meta l-kwantità teċċedi 2 kilogrammi għal kull vettura individwali, minkejja li dawn il-kwantitajiet huma miżmuma għall-bżonnijiet tal-individwu stess. |
|
27 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, meta qasam partikolari jkun ġie armonizzat b’mod eżawrjenti fuq il-livell Komunitarju, kull miżura nazzjonali relatata miegħu għandha tiġi evalwata fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-att li jeffettwa din l-armonizzazzjoni u mhux fid-dawl tad-dritt primarju (sentenza tal-14 ta’ Diċembru 2004, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, C-463/01, Ġabra p. I-11705, punt 36 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
28 |
F’din il-kawża, kif jirriżulta mill-punt 24 ta’ din is-sentenza, huwa paċifiku li l-Artikolu 575 H tal-CGI jippreġudika miżura li tarmonizza b’mod eżawrjenti l-mod li bih l-Istati Membri jistgħu jieħdu inkunsiderazzjoni l-kwantità ta’ prodotti tat-tabakk miżmuma għall-finijiet tal-kwalifika taż-żamma kummerċjali tagħhom. |
|
29 |
Issa, peress li l-Kummissjoni tillimita ruħha, permezz tat-tieni ilment tagħha, li titlob sabiex issir evalwazzjoni fid-dawl ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt primarju ta’ miżura nazzjonali li għandha tiġi evalwata fid-dawl ta’ dispożizzjonijiet ta’ din il-miżura ta’ armonizzazzjoni, dan l-ilment għandu jiġi miċħud. |
|
30 |
Konsegwentement, għandu jiġi kkonstatat li, meta tuża kriterju purament kwantitattiv għall-evalwazzjoni tan-natura kummerċjali taż-żamma minn individwi ta’ tabakk immanifatturat li ġej minn Stat Membru ieħor kif ukoll billi tapplika dan il-kriterju għal kull vettura individwali (u mhux għal kull persuna), u b’mod globali għall-prodotti kollha tat-tabakk, ir-Repubblika Franċiża naqset mill-obbligi li għandha taħt id-Direttiva u, b’mod partikolari l-Artikoli 8 u 9 tagħha. |
Fuq l-ispejjeż
|
31 |
Skont l-Artikolu 138(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ġew mitluba. Madankollu, skont l-Artikolu 138(3) tal-istess regolament, jekk il-partijiet jitilfu rispettivament fuq waħda jew iktar mit-talbiet tagħhom, kull parti għandha tbati, fil-prinċipju, l-ispejjeż rispettivi tagħha. Peress li l-Kummissjoni u r-Repubblika Franċiża parzjalment tilfu, hemm lok li jiġi deċiż li kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |
|
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.