Kawża C-79/11

Maurizio Giovanardi et

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Imħallef inkarigat mill-investigazzjonijiet preliminari mit-Tribunale di Firenze)

“Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali — Deċiżjoni Qafas 2001/220/JHA — Pożizzjoni legali tal-vittmi fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali — Direttiva 2004/80/KE — Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità — Responsabbiltà ta’ persuna ġuridika — Kumpens fil-kuntest tal-proċedura kriminali”

Sommarju tas-sentenza

  1. Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Limiti – Eżami tal-kompatibbiltà tad-dritt nazzjonali mad-dritt tal-Unjoni – Esklużjoni – Provvista lill-qorti tar-rinviju tal-elementi ta’ interpretazzjoni kollha rilevanti tad-dritt tal-Unjoni – Inklużjoni

    (Artikolu 267 TFUE)

  2. Kooperazzjoni ġudizzjarja fil-qasam kriminali – Pożizzjoni legali tal-vittmi fil-kuntest tal-proċeduri kriminali – Deċiżjoni Qafas 2001/220 – Għan

    (Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220, premessa 4 u Artikolu 1(ċ))

  3. Kooperazzjoni ġudizzjarja fil-qasam kriminali – Pożizzjoni legali tal-vittmi fil-kuntest tal-proċeduri kriminali – Deċiżjoni Qafas 2001/220 – Dritt għal kumpens fil-kuntest tal-proċedura kriminali – Sistema nazzjonali li teskludi li dan il-kumpens jintalab mingħand persuna ġuridika li wettqet ksur amministrattiv – Ammissibbiltà

    (Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220, Artikoli 1(a) u 9(1))

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 36)

  2.  Għalkemm il-vittmi ta’ reati kriminali għandhom jingħataw livell għoli ta’ protezzjoni, id-Deċiżjoni Qafas 2001/220, dwar id-drittijiet tal-vittmi fil-proċeduri kriminali, hija intiża biss li tistabbilixxi, fil-kuntest tal-proċeduri kriminali hekk kif iddefiniti fl-Artikolu 1(ċ) tagħha, regoli minimi għall-protezzjoni tal-vittmi ta’ reati kriminali.

    (ara l-punt 44)

  3.  Mill-kliem innifsu tal-Artikolu 1(a) tad-Deċiżjoni Qafas 2001/220, dwar id-drittijiet tal-vittmi fil-proċeduri kriminali, jirriżulta li bħala prinċipju din tiggarantixxi lill-vittma d-dritt għal kumpens fil-kuntest tal-proċedura kriminali għall-“atti jew ommissjonijiet […] bi ksur tal-liġi kriminali ta’ Stat Membru” u li kkawżaw “direttament” id-danni. Issa, il-persuni li sofrew danni minħabba ksur amministrattiv imwettaq minn persuna ġuridika ma jistgħux jiġu kkunsidrati, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 9(1) tal-imsemmija Deċiżjoni Qafas, bħala l-vittmi ta’ reat kriminali li għandhom id-dritt li jiksbu deċiżjoni, fil-kuntest tal-proċedura kriminali, fuq il-kumpens mingħand din il-persuna ġuridika.

    B’konsegwenza ta’ dan, l-Artikolu 9(1) tal-imsemmija Deċiżjoni Qafas għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li, fil-kuntest ta’ sistema ta’ responsabbiltà tal-persuni ġuridiċi, il-vittma ta’ reat kriminali ma tkunx tista’ titlob kumpens għad-danni kkawżati direttament mill-imsemmi reat, fil-kuntest tal-proċedura kriminali, mingħand il-persuna ġuridika li tkun l-awtriċi ta’ ksur amministrattiv.

    (ara l-punti 46, 48, 49 u d-dispożittiv)

Kawża C-79/11

Maurizio Giovanardi et

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Imħallef inkarigat mill-investigazzjonijiet preliminari mit-Tribunale di Firenze)

“Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali — Deċiżjoni Qafas 2001/220/JHA — Pożizzjoni legali tal-vittmi fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali — Direttiva 2004/80/KE — Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità — Responsabbiltà ta’ persuna ġuridika — Kumpens fil-kuntest tal-proċedura kriminali”

Sommarju tas-sentenza

  1. Domandi preliminari — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Limiti — Eżami tal-kompatibbiltà tad-dritt nazzjonali mad-dritt tal-Unjoni — Esklużjoni — Provvista lill-qorti tar-rinviju tal-elementi ta’ interpretazzjoni kollha rilevanti tad-dritt tal-Unjoni — Inklużjoni

    (Artikolu 267 TFUE)

  2. Kooperazzjoni ġudizzjarja fil-qasam kriminali — Pożizzjoni legali tal-vittmi fil-kuntest tal-proċeduri kriminali — Deċiżjoni Qafas 2001/220 — Għan

    (Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220, premessa 4 u Artikolu 1(ċ))

  3. Kooperazzjoni ġudizzjarja fil-qasam kriminali — Pożizzjoni legali tal-vittmi fil-kuntest tal-proċeduri kriminali — Deċiżjoni Qafas 2001/220 — Dritt għal kumpens fil-kuntest tal-proċedura kriminali — Sistema nazzjonali li teskludi li dan il-kumpens jintalab mingħand persuna ġuridika li wettqet ksur amministrattiv — Ammissibbiltà