Kawża C-75/11
Il-Kummissjoni Ewropea
vs
Ir-Repubblika tal-Awstrija
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ċittadinanza tal-Unjoni — Dritt ta’ moviment u residenza — Artikoli 20 TFUE u 21 TFUE — Diskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità — Artikolu 18 TFUE — Direttiva 2004/38/KE — Artikolu 24 — Deroga — Portata — Stat Membru li fih il-benefiċċju ta’ tariffi tat-trasport imnaqqsa huwa rriżervat biss għall-istudenti li l-ġenituri tagħhom jirċievu allowances tal-familja f’dan l-Istat”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2012
Sigurtà soċjali – Kompetenza tal-Istati Membri li jamministraw is-sistemi tagħhom tas-sigurtà soċjali – Limiti – Osservanza tad-dritt tal-Unjoni – Regoli tat-Trattat dwar il-moviment liberu taċ-ċittadini tal-Unjoni – Projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni diretta u indiretta minħabba n-nazzjonalità
(Artikolu 18 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1408/71; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/38, Artikolu 24)
Ċittadinanza tal-Unjoni – Dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi tariffi tat-trasport imnaqqsa għall-istudenti – Tnaqqis suġġett għall-għoti lill-ġenituri tal-allowances tal-familja ta’ dan l-Istat Membru – Diskriminazzjoni indiretta minħabba n-nazzjonalità – Inammissibbiltà – Ġustifikazzjoni – Kundizzjonijiet
(Artikoli 18 TFUE, 20 TFUE u 21 TFUE; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/38, Artikolu 24)
Ċittadinanza tal-Unjoni – Dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri – Direttiva 2004/38 – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Deroga – Assenza ta’ obbligu tal-Istat Membru ospitanti li jagħti għajnuna ta’ manteniment għall-istudji fil-forma ta’ boroż ta’ studju – Limiti – Bejgħ ta’ biljetti tat-trasport b’tariffa mnaqqsa lill-istudenti – Esklużjoni mid-deroga
(Artikolu 18 TFUE; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/38, Artikolu 24)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 46-49)
Billi jirriżerva prinċipalment il-benefiċċju tat-tariffi tat-trasport imnaqqsa biss lill-istudenti li l-ġenituri tagħhom jirċievu allowances tal-familja nazzjonali, Stat Membru jonqos milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt id-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikoli 18 TFUE, 20 TFUE u 21 TFUE kif ukoll l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2004/38 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri.
Fil-fatt, is-suġġettar tat-tnaqqis fuq it-tariffi tat-trasport għall-għoti tal-allowances tal-familja tal-Istat Membru ospitanti joħloq nuqqas ta’ ugwaljanza fit-trattament bejn l-istudenti nazzjonali li jsegwu l-istudji tagħhom f’dan l-Istat Membru u l-istudenti ta’ Stati Membri oħra li jwettqu hemmhekk ukoll l-istudji tagħhom, peress illi tali kundizzjoni hija iktar faċilment issodisfatta mill-istudenti nazzjonali peress illi l-ġenituri tagħhom, bħala regola ġenerali, jirċievu dawn l-allowances. Tali nuqqas ta’ ugwaljanza fit-trattament jmur kontra l-prinċipji li huma l-bażi tal-istatus ta’ ċittadin tal-Unjoni, jiġifieri l-garanzija tal-istess trattament ġuridiku fl-eżerċizzju tal-libertà ta’ moviment tiegħu.
Tali diskriminazzjoni indiretta abbażi tan-nazzjonalità tista’ tkun iġġustifikata biss jekk hija tibbaża fuq kunsiderazzjonijiet oġġettivi indipendenti tan-nazzjonalità tal-persuni kkonċernati u li huma proporzjonati mal-għan leġittimu segwit mid-dritt nazzjonali. F’dan ir-rigward, huwa leġittimu għall-Istat Membru ospitanti li jkun jixtieq jiżgura ruħu, qabel l-għoti ta’ dan il-benefiċċju lill-istudenti li jintegraw ruħhom f’dan l-Istat, bl-eżistenza ta’ rabta reali bejn l-applikant ta’ benefiċċju u dan l-Istat. Għaldaqstant, sistema nazzjonali li teħtieġ li student juri l-eżistenza ta’ tali rabta tista’ twieġeb, fil-prinċipju, ma’ għan leġittimu li jista’ jiġġustifika restrizzjonijiet.
Madankollu, minn naħa, il-prova meħtieġa sabiex tiġi sostnuta l-eżistenza ta’ tali rabta reali ma għandhiex ikollha natura wisq esklużiva u min-naħa l-oħra, ir-rabta reali meħtieġa ma għandhiex tkun iffissata b’mod uniformi għall-benefiċċji kollha, iżda għandha tiġi stabbilita skont elementi kostituttivi tal-benefiċċju inkwistjoni, b’mod partikolari skont in-natura tiegħu u l-għanijiet tiegħu. Fir-rigward ta’ tnaqqis fuq it-tariffi tat-trasport għall-istudenti, l-eżistenza ta’ rabta reali bejn l-istudent li jsegwi l-istudji tiegħu u l-Istat Membru ospitanti tista’ effettivament tiġi vverifikata, b’mod partikolari permezz tal-konstatazzjoni li l-persuna inkwistjoni ġiet irreġistrata fi stabbiliment privat jew pubbliku, akkreditat jew iffinanzjat mill-Istat Membru ospitanti.
(ara l-punti 50-52, 59-66 u d-dispożittiv)
Bħala deroga għall-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament previst fl-Artikolu 18 TFUE, u li dwaru l-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2004/38, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri, jikkostitwixxi biss espressjoni speċifika, l-Artikolu 24(2) għandu jiġi interpretat b’mod strett. Għalkemm it-tnaqqis fuq it-tariffi tat-trasport mogħti lill-istudenti kkonċernati jikkostitwixxi għajnuna ta’ manteniment għalihom, dan ma jistax jiġi kkunsidrat bħala l-għajnuna ta’ manteniment għall-istudji “f’konċessjonijiet ta’ l-istudenti [boroż ta’ studju] jew f’self” li taqa’ taħt id-deroga tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament prevista fl-Artikolu 24(2) tad-Direttiva 2004/38 u li ma tistax tingħata lil ċerti kategoriji ta’ ċittadini tal-Unjoni li jirrisjedu fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti skont din l-istess direttiva.
(ara l-punti 54, 55)
Kawża C-75/11
Il-Kummissjoni Ewropea
vs
Ir-Repubblika tal-Awstrija
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ċittadinanza tal-Unjoni — Dritt ta’ moviment u residenza — Artikoli 20 TFUE u 21 TFUE — Diskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità — Artikolu 18 TFUE — Direttiva 2004/38/KE — Artikolu 24 — Deroga — Portata — Stat Membru li fih il-benefiċċju ta’ tariffi tat-trasport imnaqqsa huwa rriżervat biss għall-istudenti li l-ġenituri tagħhom jirċievu allowances tal-familja f’dan l-Istat”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2012
Sigurtà soċjali — Kompetenza tal-Istati Membri li jamministraw is-sistemi tagħhom tas-sigurtà soċjali — Limiti — Osservanza tad-dritt tal-Unjoni — Regoli tat-Trattat dwar il-moviment liberu taċ-ċittadini tal-Unjoni — Projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni diretta u indiretta minħabba n-nazzjonalità
(Artikolu 18 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1408/71; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/38, Artikolu 24)
Ċittadinanza tal-Unjoni — Dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi tariffi tat-trasport imnaqqsa għall-istudenti — Tnaqqis suġġett għall-għoti lill-ġenituri tal-allowances tal-familja ta’ dan l-Istat Membru — Diskriminazzjoni indiretta minħabba n-nazzjonalità — Inammissibbiltà — Ġustifikazzjoni — Kundizzjonijiet
(Artikoli 18 TFUE, 20 TFUE u 21 TFUE; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/38, Artikolu 24)
Ċittadinanza tal-Unjoni — Dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri — Direttiva 2004/38 — Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament — Deroga — Assenza ta’ obbligu tal-Istat Membru ospitanti li jagħti għajnuna ta’ manteniment għall-istudji fil-forma ta’ boroż ta’ studju — Limiti — Bejgħ ta’ biljetti tat-trasport b’tariffa mnaqqsa lill-istudenti — Esklużjoni mid-deroga