SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla)
15 ta’ Novembru 2012 ( *1 )
“Drittijiet Komunitarji ta’ varjetajiet ta’ pjanti — Regolament (KE) Nru 2100/94 — Servizzi ta’ pproċessar — Obbligu tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pproċessar li jipprovdi informazzjoni lid-detentur tad-drittijiet Komunitarji — Rekwiżiti fir-rigward tal-mument u tal-kontenut tat-talba għal informazzjoni”
Fil-Kawża C-56/11,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tad-3 ta’ Jannar 2011, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-8 ta’ Frar 2011, fil-proċedura
Raiffeisen-Waren-Zentrale Rhein-Main eG
vs
Saatgut-Treuhandverwaltungs GmbH,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),
komposta minn A. Tizzano, President tal-Awla, M. Berger, A. Borg Barthet, E. Levits (Relatur), u J.-J. Kasel, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: N. Jääskinen,
Reġistratur: K. Sztranc-Sławiczek, Amministratur,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-15 ta’ Marzu 2012,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
— |
għal Raiffeisen-Waren-Zentrale Rhein-Main eG, minn C. Bittner u F. Eckard, avukati, |
— |
għal Saatgut-Treuhandverwaltungs GmbH, minn K. von Gierke u J. Forkel, avukati, |
— |
għall-Gvern Spanjol, minn A. Rubio González, bħala aġent, |
— |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn B. Schima, M. Vollkommer, F. Wilman u I. Galindo Martin, bħala aġenti, |
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-14 ta’ Ġunju 2012,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tas-sitt inċiż tal-Artikolu 14(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94, tas-27 ta’ Lulju 1994, dwar drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 16, p. 390), kif ukoll tal-Artikolu 9(2) u (3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1768/95, tal-24 ta’ Lulju 1995, li jimplimenta regoli dwar l-eżenzjoni agrikola prevista fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 18, p. 63), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2605/98, tat-3 ta’ Diċembru 1998 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 24, p. 162, iktar ’il quddiem ir-“Regolament 1768/95”). |
2 |
Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn Raffeisen-Waren-Zentrale Rhein-Main eG (iktar ’il quddiem “RWZ”) u Saatgut-Treuhandverwaltungs GmbH (iktar ’il quddiem “STV”) dwar it-talba ghal informazzjoni li din tal-aħħar għamlitilha għas-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ żrieragħ iċċertifikati 2005/2006 u 2006/2007. |
Il-kuntest ġuridiku
Ir-Regolament Nru 2100/94
3 |
Skont l-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 2100/94, “dak li jkabbar” huwa intitolat għad-drittijiet Komunitarji ta’ varjetajiet ta’ pjanti, jiġifieri l-“persuna li tkun kabbret, jew skopriet jew żviluppat il-varjetajiet, jew is-suċċessur tiegħu fit-titolu”. |
4 |
L-Artikolu 13 ta’ dan ir-regolament, intitolat “Drittijiet tad-detentur ta’ dritt tal-Komunità tal-varjetajiet ta’ pjanti u atti pprojbiti”, jipprovdi li: “1. Dritt tal-Komunità tal-varjetajiet ta’ pjanti għandu jkollu l-effett li d-detentur jew id-detenturi ta’ dritt tal-Komunità tal-varjetajiet ta’ pjanti, hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ ‘id-detentur’, ikollu d-dritt li jagħmel l-atti stabbiliti fil-paragrafu 2. 2. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 15 u 16, l-atti li ġejjin dwar kostitwenti tal-varjetajiet, jew materjal maħsud tal-varjetajiet protetti, hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ ’il-materjal’, għandu jeħtieġ l-awtorizzazzjoni tad-detentur [...]:
[...] Id-detentur jista’ jqiegħed fis-suq l-awtorizzazzjoni tiegħu suġġett għal kondizzjonijiet u limitazzjonijiet. [...]” |
5 |
L-Artikolu 14 tal-imsemmi regolament, intitolat “Deroga mid-dritt tal-Komunità tal-varjetajiet ta’ pjanti”, jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu, li: “Minkejja l-Artikolu 13(2), u għall-għanijiet tal-ħarsien tal-produzzjoni agrikola, il-bdiewa huma awtorizzati li jużaw għal għanijiet ta’ propagazzjoni fl-għalqa, fuq l-art tagħhom il-prodott tal-ħsad li jkunu akkwistaw permezz taż-żergħa, fuq l-art tagħhom, materjal ta’ propagazzjoni ta’ varjetajiet minbarra varjetajiet mħallta jew sintetiċi, li jkunu skoperti [koperti] minn dritt tal-Komunità tal-varjetajiet ta’ pjanti.” |
6 |
L-Artikolu 14(3) tar-Regolament Nru 2011/94 jipprovdi li: “Kondizzjonijiet biex jagħtu effett lid-deroga li għaliha jipprovdi l-paragrafu 1 u biex jitħarsu l-interessi leġittimi ta’ dak li jkabbar u tal-bidwi, għandhom ikunu stabbiliti, qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, fl-implimentazzjoni tar-regoli bis-saħħa ta’ l-Artikolu 114, fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin:
|
Ir-Regolament Nru 1768/95
7 |
L-Artikolu 2 tar-regolament Nru 1768/95 huwa redatt kif ġej: “1. l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1 għandhom ikunu implementati kemm mid-detentur, li jirrappreżenta lil dak li jrabbi [jkabbar], u mill-bidwi b’mod illi jiġu mħarsa l-interessi leġittimi ta’ xulxin.” 2. L-interessi leġittimi ma’ jitqiesux imħarsa jekk wieħed jew iktar minn dawn l-interessi huma affettwati ħażin mingħajr ma jittieħed kont tal-bżonn illi jinżamm bilan[ċ] ġust bejn kull wieħed minnhom, jew tal-bżonn ta’ proporzjonalità bejn l-għan tal-kondizzjoni relevanti u l-effett attwali ta’ l-implimentazzjoni tagħha.” |
8 |
L-Artikolu 5 ta’ dan ir-regolament, li jistabbilixxi r-regoli dwar il-kumpens dovut lid-detentur, jipprovdi li: “1. Il-livell ta’ ħlas ġust [kumpens raġonevoli] li jrid isir lid-detentur skond l-Artikolu 14(3), ir-raba’ inìż [inċiż], tar-Regolament bażiku jista’ jkun is-suġġett ta’ kuntratt bejn id-detentur u l-bidwi konċernat. 2. Meta kuntratt bħal dan ma jkunx ġie finalizzat jew ma japplikax il-livell ta’ ħlas [kumpens] għandu jkun sensibbilment inqas mill-ammont mitlub għall-produzzjoni liċenzjata ta’ materjal riproduttiv ta’ l-inqas kategorija li jikkwalifika għal ċertifikazzjoni uffiċjali, ta’ l-istess varjetà fl-istess żona. [...] 5. Meta fil-każ tal-paragrafu 2 xi ftehim li għalih jirriferi l-paragrafu 4 ma jkunx japplika, il-ħlas li għandu jsir għandu jkun ta’ 50 % tal-ammont imħallas għall-produzzjoni liċenzjata tal-materjal ta’ propagazzjoni kif speċifikat fil-paragrafu 2. [...]” |
9 |
L-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 1768/95, intitolat “Informazzjoni mill-bidwi”, jipprovdi, fil-paragrafi 3 u 4 tiegħu, li: “3. L-informazzjoni fil-paragrafu 2(b), (c), (d) u (e) għandha tirreferixxi għas-sena tas-suq [ta’ kummerċjalizzazzjoni] kurrenti, u għal waħda jew aktar mit-tliet snin tas-suq [ta’ kummerċjalizzazzjoni] ta’ qabel li għalihom il-bidwi ma kienx ta minn qabel l-informazzjoni relevanti fuq talba tad-detentur skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 4 jew 5. Madankollu, l-ewwel sena tas-suq [ta’ kummerċjalizzazzjoni] li għaliha tirreferixxi l-informazzjoni, m’għandhiex tkun qabel dik li fiha tkun saret l-ewwel fost dawn it-talbiet għal informazzjoni rigward il-varjetà jew varjetajiet u l-bidwi konċernati, jew, inkella, li fiha l-bidwi kiseb materjal riproduttiv tal-varjetà jew varjetajiet konċernati, jekk din kellhiex magħha informazzjoni għall-inqas dwar meta l-applikazzjoni ġiet reġistrata għall-għoti ta’ dritt Komunitarju ta’ varjeta ta’ pjanti jew meta dan id-dritt ingħata kif ukoll dwaril-possibilta ta’ kundizzjonijiet dwar l-użu ta’ dak il-materjal riproduttiv. [...] 4. Fit-talba tiegħu, id-detentur irid jagħti ismu u l-indirizz tiegħu, il-varjetà jew varjetajiet li hu jkun interessat f’informazzjoni dwarhom, kif ukoll ir-referenza jew referenzi għad-dritt jew drittijiet Komunitarji relevanti ta’ varjetà ta’ pjanti. Jekk meħtieġa mill-bidwi, it-talba trid issir bil-miktub, u trid tingħata prova dwar min hu d-detentur. Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5, it-talba trid issir direttament lill-bidwi konċernat.” |
10 |
L-Artikolu 9 ta’ dan ir-regolament, intitolat “Informazzjoni minn dak li jipproċessa [mill-fornituri ta’ servizzi ta’ pproċessar]”, jipprovdi li: “1. Id-dettalji ta’ l-informazzjoni relevanti li trid tingħata mill-persuna li tipproċessa [mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pproċessar] lid-detentur skond is-sitt inċiż ta’ l-Artikolu 14(3) tar-Regolament [Nru 2100/94] jistgħu ikunu s-suġġett ta’ kuntratt bejn id-detentur u l-proċessur [fornitur] konċernati. 2. Meta kuntratt bħal dan ma jkunx sar jew ma’ [ma] japplikax, dak li jipproċessa [il-fornitur] għandu, bla ħsara għal ħtiġijiet ta’ informazzjoni skond leġislazzjoni oħra tal-Komunita jew skond liġijiet ta’ l-Istati Membri, fuq talba tad-detentur, jagħmel stqarrija lid-detentur dwar l-informazzjoni relevanti. Il-punti li ġejjin għandhom jitqiesu bħala relevanti:
3. L-informazzjoni taħt paragrafu 2(b), (c), (d) u (e) għandha tirreferixxi għas-sena tas-suq [ta’ kummerċjalizzazzjoni] kurrenti u għal sena waħda jew aktar mit-tliet snin tas-suq [ta’ kummerċjalizzazzjoni] ta’ qabel li għalihom id-detentur ma jkunx għamel talba aktar qabel skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 4 jew 5; madankollu, l-ewwel sena tas-suq [ta’ kummerċjalizzazzjoni] li għaliha tirreferixxi l-informazzjoni, għandha tkun dik li fiha tkun saret l-ewwel talba dwar il-varjetà jew varjetajiet u l-proċessur [il-fornituri ta’ servizzi ta’ pproċessar] konċernati. 4. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8(4) għandhom japplikaw mutatis mutandis. [...]” |
11 |
L-Artikolu 14 tar-Regolament Nru 1768/95, dwar il-kontroll mid-detentur tat-twettiq tal-obbligi tal-bidwi, jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu, li: “Għall-għanijiet ta’ monitoraġġ, mid-detentur, għall-ħarsien tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 14 tar-Regolament [Nru 2100/94] kif imsemmi f’dan ir-Regolament, sa fejn it-twettiq ta’ l-obligi tal-bidwi huwa konċernat, il-bidwi jrid, fuq talba tad-detentur:
|
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
12 |
RWZ hija kooperattiva ċentrali agrikola li toffri lill-bdiewa servizzi ta’ pproċessar ta’ żrieragħ, li permezz tagħhom hija tippakkja l-prodott tal-ħsad għall-ħażna u għall-kultivazzjoni tiegħu fil-futur. |
13 |
Dan is-servizz huwa offrut, min-naħa, lid-detenturi, irrappreżentati b’mod partikolari minn STV, li għandhom jiksbu, fil-kuntest ta’ kuntratti ta’ kultivazzjoni, il-propagazzjoni ta’ żrieragħ iċċertifikati sabiex jiġu kkummerċjalizzati. |
14 |
Min-naħa l-oħra, l-imsemmi servizz huwa offrut lill-bdiewa li jikkultivaw iż-żrieragħ skont l-Artikolu 14(3) tar-Regolament Nru 2100/94. |
15 |
Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li RWZ wettqet servizzi ta’ pproċessar f’isem bdiewa differenti għas-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni 2005/2006 u 2006/2007 fil-kuntest ta’ kuntratti ta’ kultivazzjoni f’isem detenturi rrappreżentati minn STV. |
16 |
Abbażi ta’ dikjarazzjonijiet ta’ kuntratti ta’ kultivazzjoni mingħand il-bdiewa kkonċernati, STV bagħtet żewġ serje ta’ talbiet għal informazzjoni lil RWZ dwar is-servizzi ta’ pproċessar li hija kienet ipprovdiet lilhom:
|
17 |
Dawn it-talbiet, intiżi sabiex isir magħruf jekk RWZ ipprovdietx servizzi ta’ pproċessar fir-rigward tal-varjetajiet protetti inkwistjoni, kif ukoll liema persuni kienu talbu dawn is-servizzi u f’liema kwantità, tressqu flimkien ma’ informazzjoni fil-qosor li tagħti, minbarra l-varjetà protetta u s-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni kkonċernati, l-isem u l-indirizz tal-bidwi li wettaq il-kultivazzjoni tal-prodott tal-ħsad, iżda ma kienx fihom kopja tad-dikjarazzjonijiet ta’ kultivazzjoni jew provi oħra. |
18 |
RWZ ma weġbitx fl-affirmattiv għal dawk it-talbiet billi invokat tliet serje ta’ motivi sabiex tiġġustifika r-rifjut tagħha. L-ewwel nett, hija kkunsidrat li kull talba għal informazzjoni kellha tinkludi l-elementi li jindikaw li hija pprovdiet servizzi ta’ pproċessar li jaqgħu taħt l-obbligu ta’ informazzjoni skont is-sitt inċiż tal-Artikolu 14(3) tar-Regolament Nru 2100/94. It-tieni nett, hija qieset li biss it-talbiet għal informazzjoni mressqa matul is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni, li għaliha l-informazzjoni tirreferi, huma ġuridikament rilevanti. It-tielet nett, l-ebda indizju ta’ kultivazzjoni eventwali ta’ żrieragħ ma jista’ jiġi dedott mis-servizzi ta’ pproċessar li ġew ipprovduti fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ kultivazzjoni f’isem id-detentur. |
19 |
STV, li ppreżentat rikors kontra RWZ, rebħet il-kawża quddiem il-qorti tal-ewwel istanza, billi din tal-aħħar ikkunsidrat li, min-naħa, ma kien hemm l-ebda terminu ta’ dekadenza sabiex jitressqu talbiet għal informazzjoni u, min-naħa l-oħra, li d-dikjarazzjonijiet ta’ kuntratti ta’ kultivazzjoni kienu jikkostitwixxu indizji suffiċjenti sabiex iwasslu għall-obbligu ta’ informazzjoni tal-fornitur, sa fejn il-bidwi li jwettaq kultivazzjoni abbażi ta’ kuntratt ta’ propagazzjoni għandu l-possibbiltà konkreta li jikkultiva ż-żrieragħ ikkonċernati. RWZ appellat minn din is-sentenza quddiem il-qorti tar-rinviju. |
20 |
Billi ma kinitx ċerta dwar l-interpretazzjoni li għandha tingħata lill-Artikolu 14(3) tar-Regolament Nru 2100/94 kif ukoll lill-Artikolu 9(2) u (3) tar-Regolament Nru 1768/95, l-Oberlandesgericht Düsseldorf iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:
|
Fuq id-domandi preliminari
Fuq l-ewwel domanda
21 |
Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju titlob essenzjalment jekk l-Artikolu 9(3) tar-Regolament Nru 1768/95 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-obbligu ta’ informazzjoni impost fuq il-fornitur ta’ servizzi ta’ pproċessar fir-rigward ta’ varjetajiet protetti ma jibqax jeżisti meta t-talba għal informazzjoni mid-detentur ta’ dawn il-varjetajiet tasallu wara li tintemm is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni li għaliha tirreferi din it-talba. |
22 |
Kif jirriżulta mill-kliem stess tal-Artikolu 9(3) tar-Regolament Nru 1768/95, l-obbligu li tingħata l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2(b), (c), (d) u (e) ta’ dan l-istess artikolu huwa impost fuq il-fornitur ta’ servizzi ta’ pproċessar, sa fejn tali informazzjoni tirreferi għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni li matulha saret it-talba. |
23 |
Għaldaqstant, bħala prinċipju, talba li tirreferi għal sena ta’ kummerċjalizzazzjoni partikolari li tasal lil dan il-fornitur wara li tali sena tintemm ma timponix fuqu obbligu li jagħti informazzjoni. |
24 |
Madankollu, l-Artikolu 9(3) tar-Regolament Nru 1768/95 jippreċiża li l-informazzjoni mitluba tista’ tirreferi wkoll għal sena waħda jew iktar mis-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni preċedenti li għalihom id-detentur ma jkunx għadu għamel talba. F’dan ir-rigward, din id-dispożizzjoni tispeċifika li l-ewwel sena ta’ kummerċjalizzazzjoni li għaliha tirreferi din l-informazzjoni għandha tkun dik li fiha tkun saret l-ewwel talba dwar il-varjetà jew varjetajiet u l-fornituri ta’ servizzi ta’ pproċessar ikkonċernati. |
25 |
Għaldaqstant, mill-kliem stess ta’ din id-dispożizzjoni jirriżulta li d-detentur jista’ jressaq talba għal informazzjoni lil fornitur ta’ servizzi ta’ pproċessar li tirrigwarda sena waħda jew iktar mis-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni preċedenti għal dik kurrenti, sakemm ikun ressaq l-ewwel talba dwar il-varjetà u l-fornitur ikkonċernati matul l-ewwel sena minn dawn is-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni preċedenti. |
26 |
Tali interpretazzjoni hija kkorroborata mill-għan stess tar-Regolament Nru 1768/95 li, skont l-Artikolu 14(3) tar-Regolament Nru 2100/94, huwa intiż sabiex jitħarsu l-interessi leġittimi ta’ dak li jkabbar u tal-bidwi. Fil-fatt, l-Artikolu 2(2) tar-Regolament Nru 1768/95 jippreċiża li huwa neċessarju li jinżamm bilanċ ġust bejn kull wieħed minn dawn l-interessi sabiex jiġu mħarsa. |
27 |
F’dan il-kuntest, għandu jiġi osservat li, għad-differenza ta’ diversi verżjonijiet lingwistiċi, il-verżjoni Franċiża tal-Artikolu 9(3) tar-Regolament Nru 1768/95 tonqos milli tillimita l-possibbiltà li ssir talba għal informazzjoni li tirreferi għal mhux iktar mit-tliet snin ta’ kummerċjalizzazzjoni li jippreċedu s-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni kurrenti. |
28 |
Issa, minn naħa, u kuntrarjament għal dak li ssostni STV, huwa kuntrarju għall-għan tar-Regolament Nru 1768/95, kif imfakkar fil-punt 26 ta’ din is-sentenza, li jiġi kkunsidrat li ma hemm l-ebda limitu fiż-żmien għall-obbligu ta’ informazzjoni impost fuq il-fornitur ta’ servizzi ta’ pproċessar. |
29 |
Min-naħa l-oħra, għandu jiġi osservat li l-Artikolu 8(3) tal-imsemmi regolament, li jistabbilixxi l-obbligu ta’ informazzjoni impost fuq il-bidwi, jillimita espressament il-possibbiltà ta’ dak li jkabbar li jitlob informazzjoni għal dik l-informazzjoni li tirreferi għal mhux iktar mit-tliet snin ta’ kummerċjalizzazzjoni li jippreċedu s-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni kurrenti. Peress li l-obbligu ta’ informazzjoni impost fuq il-bidwi huwa kważi identiku għal dak impost fuq il-fornitur ta’ servizzi ta’ pproċessar, ma hemm l-ebda raġuni għalfejn għandha ssir distinzjoni għal dak li jirrigwarda l-perijodi li għalihom jirreferu t-talbiet tad-detenturi skont min ikun id-destinatarju. |
30 |
Għalhekk, l-Artikolu 9(3) tar-Regolament Nru 1768/95 interpretat b’dan il-mod jippermetti li jitħarsu bl-aħjar mod, minn naħa, l-interessi ta’ dawk li jkabbru sa fejn huma għandhom ċerta flessibbiltà fit-tressiq tat-talbiet tagħhom għal informazzjoni, kif ukoll, min-naħa l-oħra, l-interessi tal-fornituri ta’ servizzi ta’ pproċessar li huma obbligati jżommu l-informazzjoni meħtieġa biss għal perijodu limitat, u dan wara li jkunu ġew avżati minn qabel. |
31 |
F’din il-kawża, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li STV bagħtet żewġ serje ta’ talbiet għal informazzjoni lil RWZ dwar is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2005-2006, fit-30 ta’ Ġunju 2006, fis-7 ta’ Awwissu 2006, fil-15 ta’ Settembru 2006 kif ukoll fit-30 ta’ April 2007 u, dwar is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2006-2007, fil-25 u fid-29 ta’ Ġunju 2007, fit-23 ta’ Novembru 2007 kif ukoll fid-29 ta’ Mejju 2008. |
32 |
Fid-dawl tal-fatt li, skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1768/95, is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni tibda fl-1 ta’ Lulju u tispiċċa fit-30 ta’ Ġunju tas-sena kalendarja, u li l-indikazzjonijiet mogħtija fid-deċiżjoni tar-rinviju ma jippermettux li jiġi ddeterminat għal liema varjetajiet protetti t-talbiet tressqu minn STV jew jekk humiex l-ewwel talbiet fis-sens tat-tieni parti tas-sentenza fl-Artikolu 9(3) ta’ dan ir-regolament, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddetermina liema minn dawn it-talbiet tressqu fit-termini stabbiliti. |
33 |
Għaldaqstant, ir-risposta li għandha tingħata għall-ewwel domanda hija li l-Artikolu 9(3) tar-Regolament Nru 1768/95 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-obbligu ta’ informazzjoni impost fuq il-fornitur ta’ servizzi ta’ pproċessar fir-rigward ta’ varjetajiet protetti jeżisti meta t-talba għal informazzjoni li tirreferi għal sena ta’ kummerċjalizzazzjoni partikolari tasal lil dan il-fornitur qabel tali sena tintemm. Madankollu, tali obbligu jista’ jeżisti għal dak li jirrigwarda l-informazzjoni li tirreferi għal mhux iktar mit-tliet snin li jippreċedu dik kurrenti, sakemm id-detentur ikun ressaq l-ewwel talba dwar l-istess varjetajiet lill-istess fornitur matul l-ewwel sena mis-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni preċedenti koperti mit-talba għal informazzjoni. |
Fuq it-tieni u t-tielet domanda
34 |
Permezz tat-tieni u tat-tielet domanda tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk is-sitt inċiż tal-Artikolu 14(3) tar-Regolament Nru 2100/94 flimkien mal-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1768/95 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li, minn naħa, iċ-ċirkustanza li bidwi jkun wettaq il-kultivazzjoni kuntrattwali ta’ varjetà protetta għad-detentur tagħha tista’ tikkostitwixxi indizju li jista’ jagħti lok għall-obbligu ta’ informazzjoni impost fuq il-fornitur li jkun ipproċessa żrieragħ li jistgħu jinbiegħu tal-imsemmija varjetà u li, min-naħa l-oħra, fit-talba tiegħu għal informazzjoni, id-detentur għandu jannetti l-prova tal-indizji li qed jagħti sabiex jiġġustifika d-dritt tiegħu għal informazzjoni. |
35 |
Qabelxejn, għandu jiġi enfasizzat li l-Artikolu 9(4) tar-Regolament Nru 1768/95, moqri flimkien mal-Artikolu 8(4) ta’ dan ir-regolament, li jiddefinixxi r-rekwiżiti formali li għandha tissodisfa t-talba għal informazzjoni tad-detentur lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pproċessar, bl-ebda mod ma jirrikjedi li l-imsemmija talba titressaq flimkien ma provi ta’ sostenn għall-indizji li hija tagħti. L-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(4) tal-imsemmi regolament jipprovdi saħansitra li tali talba tista’ tiġi ppreżentata oralment. |
36 |
Għal dak li jirrigwarda l-kultivazzjoni kuntrattwali, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-akkwist minn bidwi ta’ materjal ta’ propagazzjoni ta’ varjetà ta’ pjanti protetta tad-detentur għandu jitqies bħala indizju li jista’ jagħti lok għall-obbligu ta’ informazzjoni tal-imsemmi bidwi fir-rigward tad-detentur (ara s-sentenza tal-10 ta’ April 2003, Schulin, C-305/00, Ġabra p. I-3525, punt 65). |
37 |
Fil-fatt, iċ-ċirkustanza li bidwi jwettaq il-kultivazzjoni kuntrattwali ta’ varjetà protetta għad-detentur tikkostitwixxi indikazzjoni li l-imsemmi bidwi jista’ jkollu żrieragħ tal-varjetà protetta li, għall-kultivazzjoni tagħhom, huwa jista’ jkollu l-intenzjoni li jibbenefika mill-privileġġ previst fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament Nru 2100/94. |
38 |
Madankollu, tali ċirkustanza ma tistax, waħedha, tistabbilixxi dritt awtomatiku fil-konfront tad-detentur sabiex jikseb informazzjoni mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pproċessar. |
39 |
Għalkemm huwa minnu li mill-Artikolu 14(3) tar-Regolament Nru 2100/94 jirriżulta li tali dritt japplika meta bidwi jkun ibbenefika jew għandu l-intenzjoni li jibbenefika mill-privileġġ mogħti lilu minn dan l-artikolu, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li dan id-dritt jeżisti, fir-rigward tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pproċessar, biss meta d-detentur għandu indizju li l-fornitur ipprovda, jew għandu l-intenzjoni li jipprovdi, tali servizzi fil-konfront tal-prodott tal-ħsad miksub permezz tal-kultivazzjoni ta’ materjal ta’ propagazzjoni tal-varjetà protetta sabiex din tiġi kkultivata (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-14 ta’ Ottubru 2004, Brangewitz, C-336/02, Ġabra p. I-9801, punt 53). |
40 |
Issa, f’dan il-kuntest, il-fatt li bidwi jwettaq il-kultivazzjoni kuntrattwali ta’ varjetà protetta ma jistax, waħdu, jikkostitwixxi indizju li fornitur ta’ servizzi ta’ pproċessar ipprovda, jew għandu l-intenzjoni li jipprovdi, tali servizzi fil-konfront tal-prodott tal-ħsad miksub permezz tal-kultivazzjoni ta’ materjal ta’ propagazzjoni tal-imsemmija varjetà sabiex din tiġi kkultivata. |
41 |
Fid-dawl taċ-ċirkustanzi ta’ din il-kawża, dan jista’, l-iktar l-iktar, ikun wieħed minn diversi elementi li jippermettu li jiġi konkluż li jeżisti tali indizju. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa l-fatti tal-kawża sabiex tiddetermina jekk dan huwa l-każ fil-kawża prinċipali. |
42 |
Konsegwentement, ir-risposta li għandha tingħata għat-tieni u għat-tielet domanda hija li s-sitt inċiż tal-Artikolu 14(3) tar-Regolament Nru 2100/94 flimkien mal-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1768/95 għandhom jiġu interpretati fis-sens li t-talba għal informazzjoni tad-detentur ta’ varjetà protetta lil fornitur ta’ servizzi ta’ pproċessar ma għandhiex ikollha l-provi ta’ sostenn għall-indizji mogħtija fiha. Barra minn hekk, il-fatt li bidwi jwettaq il-kultivazzjoni kuntrattwali ta’ varjetà protetta ma jistax, waħdu, jikkostitwixxi indizju li fornitur ta’ servizzi ta’ pproċessar ipprovda, jew għandu l-intenzjoni li jipprovdi, tali servizzi fil-konfront tal-prodott tal-ħsad miksub permezz tal-kultivazzjoni ta’ materjal ta’ propagazzjoni tal-imsemmija varjetà sabiex din tiġi kkultivata. Tali fatt jista’, madankollu, fid-dawl ta’ cirkustanzi oħra tal-kawża, jippermetti li jiġi konkluż li jeżisti tali indizju, liema fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju fil-kawża quddiemha. |
Fuq l-ispejjeż
43 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.