Kawża C-40/11

Yoshikazu Iida

vs

Stadt Ulm

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg)

“Artikoli 20 TFUE u 21 TFUE — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 51 — Direttiva 2003/109/KE — Ċittadini ta’ pajjiżi terzi — Dritt ta’ residenza fi Stat Membru — Direttiva 2004/38/KE — Ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma membri tal-familja ta’ ċittadini tal-Unjoni — Ċittadin ta’ pajjiż terz li ma jakkumpanjax jew ma jingħaqadx ma’ ċittadin tal-Unjoni fl-Istat Membru ospitanti u li jibqa’ fl-Istat Membru ta’ oriġini taċ-ċittadin — Dritt ta’ residenza taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz fl-Istat Membru ta’ oriġini ta’ ċittadin li jirrisjedi fi Stat Membru ieħor — Ċittadinanza tal-Unjoni — Drittijiet fundamentali”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-8 ta’ Novembru 2012

  1. Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni – Politika tal-immigrazzjoni – Status taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti għal żmien twil – Direttiva 2003/109 – Għoti ta’ permess ta’ residenza inkwantu residenti għat-tul – Kundizzjonijiet – Obbligu li titressaq applikazzjoni għal permess ta’ residenza – Ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun volontarjament irtira l-applikazzjoni tiegħu – Konsegwenza

    (Direttiva tal-Kunsill 2003/109, Artikoli 5 u 7(1))

  2. Ċittadinanza tal-Unjoni – Dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri – Direttiva 2004/38 – Benefiċjarji – Membri tal-familja – Kunċett – Axxendent li ma huwiex dipendenti fuq ċittadin tal-Unjoni – Esklużjoni

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/38, Artikolu 2, punt 2(d) u Artikolu 3(1))

  3. Ċittadinanza tal-Unjoni – Dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri – Direttiva 2004/38 – Benefiċjarji – Membri tal-familja – Kunċett – Konjuġi – Konjuġi li jgħixu separatament – Inklużjoni

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/38, Artikolu 2, punt 2(a) u Artikolu 3(1))

  4. Ċittadinanza tal-Unjoni – Dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri – Direttiva 2004/38 – Benefiċjarji – Membru tal-familja li ma jkunx akkumpanja jew ingħaqad ma’ ċittadin tal-Unjoni – Esklużjoni

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/38, Artikolu 3(1))

  5. Ċittadinanza tal-Unjoni – Dispożizzjonijiet tat-Trattat – Kamp ta’ applikazzjoni – Ċittadin tal-Unjoni li jkun eżerċita d-dritt ta’ moviment liberu tiegħu – Kundizzjoni għall-inklużjoni – Applikazzjoni ta’ miżuri li għandhom bħala effett li jċaħħdu mit-tgawdija effettiva tal-parti essenzjali tad-drittijiet mogħtija permezz tal-istatus ta’ ċittadin tal-Unjoni – Rifjut mill-Istat Membru ta’ oriġini ta’ ċittadin tal-Unjoni tad-dritt ta’ residenza skont id-Direttiva 2004/38 lil membru tal-familja ċittadin ta’ pajjiż terz – Ċirkustanza insuffiċjenti sabiex tiġi stabbilita din iċ-ċaħda – Evalwazzjoni fir-rigward tal-Artikolu 51 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali – Sitwazzjoni li ma taqax taħt id-dritt tal-Unjoni

    (Artikoli 20 TFUE u 21 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 51; Direttiva 2004/38 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; Direttiva tal-Kunsill 2003/109)

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 36-48)

  2.  Skont l-Artikolu 2, punt 2(d) tad-Direttiva 2004/38, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221, 68/360, 72/194, 73/148, 75/34, 75/35, 90/364, 90/365 u 93/96, il-kwalità ta’ membru tal-familja “dipendenti” fuq iċ-ċittadin tal-Unjoni li għandu d-dritt ta’ residenza tirriżulta minn sitwazzjoni ta’ fatt ikkaratterizzata miċ-ċirkustanza li s-sostenn materjali tal-membru tal-familja huwa żgurat minn min għandu d-dritt ta’ residenza, b’mod li, meta hija sitwazzjoni bil-kontra li tippreżenta ruħha, jiġifieri li d-detentur tad-dritt ta’ residenza huwa dipendenti fuq iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz, dan tal-aħħar ma jistax jibbaża ruħu fuq il-kwalità ta’ axxendent “dipendenti” ta’ dan id-detentur sabiex ikun jista’ jibbenefika minn dritt ta’ residenza fl-Istat Membru ospitanti.

    (ara l-punt 55)

  3.  Skont l-Artikolu 2, punt 2(a) tad-Direttiva 2004/38, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221, 68/360, 72/194, 73/148, 75/34, 75/35, 90/364, 90/365 u 93/96, il-konjuġi ta’ ċittadina tal-Unjoni li eżerċitat id-dritt għal moviment liberu tagħha jiġi kkunsidrat bħala “membru tal-familja” ta’ din iċ-ċittadina. Ma humiex meħtieġa kundizzjonijiet oħra fir-rigward tal-persuna kkonċernata ħlief fil-kwalità tagħha bħala konjuġi. Għalhekk, il-konjuġi ma għandux neċessarjament jgħix b’mod permanenti maċ-ċittadina tal-Unjoni sabiex ikollu dritt idderivat ta’ residenza. Fil-fatt, ir-rabta konjugali ma tistax tiġi kkunsidrata bħala xolta meta ma jkunx ġie stabbilit terminu mill-awtorità kompetenti. Dan ma huwiex il-każ tal-konjuġi li jgħixu sempliċement b’mod separat, anki meta huma għandhom l-intenzjoni li jiddivorzjaw sussegwentement.

    (ara l-punti 57, 58)

  4.  L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2004/38, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221, 68/360, 72/194, 73/148, 75/34, 75/35, 90/364, 90/365 u 93/96 jagħti dritt idderivat ta’ residenza unikament lill-membri tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni li jakkumpanjaw jew jingħaqdu ma’ din il-persuna. Tali rekwiżit iwieġeb għall-għan tad-drittijiet idderivati ta’ dħul u ta’ residenza li d-Direttiva 2004/38 tipprevedi għall-membri tal-familja taċ-ċittadini tal-Unjoni, peress illi, f’każ ieħor, l-impossibbiltà għaċ-ċittadin tal-Unjoni li jkun akkumpanjat mill-familja tiegħu jew li jingħaqad magħha fl-Istat Membru ospitanti tista’ tippreġudika l-libertà ta’ moviment tiegħu billi tiskoraġġih milli jeżerċita d-drittijiet ta’ dħul u ta’ residenza tiegħu f’dan l-Istat Membru. Għalhekk, dritt ta’ residenza ma jistax jingħata abbażi tad-Direttiva 2004/38 lil ċittadin ta’ pajjiż terz li ma jkunx akkumpanja jew ingħaqad, fl-Istat Membru ospitanti, mal-membru tal-familja tiegħu li huwa ċittadin tal-Unjoni li eżerċita l-libertà ta’ moviment tiegħu.

    (ara l-punti 61-63)

  5.  Minbarra sitwazzjonijiet irregolati mid-Direttiva 2004/38, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221, 68/360, 72/194, 73/148, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96, u meta minbarra dan ma teżisti ebda rabta oħra mad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni rigward iċ-ċittadinanza, ċittadin ta’ pajjiż terz ma jistax jitlob dritt ta’ residenza idderivat ta’ ċittadin tal-Unjoni.

    Tali rabta ma hijiex stabbilita meta r-rifjut ta’ għoti ta’ permess ta’ residenza lil ċittadin ta’ pajjiż terz li huwa membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni ma joħloqx riskju li jċaħħad liċ-ċittadin tal-Unjoni mit-tgawdija effettiva tal-parti essenzjali tad-drittijiet marbuta mal-istatus tiegħu ta’ ċittadin tal-Unjoni, jew li jostakola l-eżerċizzju tad-dritt tiegħu ta’ moviment liberu u ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri. F’dan ir-rigward, minn perspettivi purament ipotetiċi ta’ ostakolu għad-dritt ta’ moviment liberu taċ-ċittadini tal-Unjoni ma jikkostitwixxux rabta suffiċjenti mad-dritt tal-Unjoni sabiex tiġi ġġustifikata l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tiegħu.

    Barra minn hekk, sabiex jiġi stabbilit jekk tali rifjut jaqa’ taħt l-implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 51 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, hemm lok li jiġi vverifikat, fost elementi oħra, jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni għandhiex bħala għan li timplementa dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, in-natura ta’ din il-leġiżlazzjoni u jekk hija ssegwix għanijiet differenti minn dawk koperti mid-dritt tal-Unjoni, anki jekk hija tista’ taffettwa indirettament lil dan tal-aħħar, kif ukoll, jekk teżistix leġiżlazzjoni tad-dritt tal-Unjoni speċifika fil-qasam jew li tista’ taffettwaha.

    Peress illi r-rifjut ta’ ħruġ ta’ permess ta’ residenza ma jaqax taħt l-implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 51 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, peress illi s-sitwazzjoni tal-applikant għal permess ta’ residenza ma hijiex irregolata mid-dritt tal-Unjoni, il-konformità ta’ dan ir-rifjut mad-drittijiet fundamentali ma tistax tiġi eżaminata fid-dawl tad-drittijiet stabbiliti minn din tal-aħħar.

    (ara l-punti 76, 77, 79-82 u d-dispożittiv)

Kawża C-40/11

Yoshikazu Iida

vs

Stadt Ulm

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg)

“Artikoli 20 TFUE u 21 TFUE — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 51 — Direttiva 2003/109/KE — Ċittadini ta’ pajjiżi terzi — Dritt ta’ residenza fi Stat Membru — Direttiva 2004/38/KE — Ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma membri tal-familja ta’ ċittadini tal-Unjoni — Ċittadin ta’ pajjiż terz li ma jakkumpanjax jew ma jingħaqadx ma’ ċittadin tal-Unjoni fl-Istat Membru ospitanti u li jibqa’ fl-Istat Membru ta’ oriġini taċ-ċittadin — Dritt ta’ residenza taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz fl-Istat Membru ta’ oriġini ta’ ċittadin li jirrisjedi fi Stat Membru ieħor — Ċittadinanza tal-Unjoni — Drittijiet fundamentali”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-8 ta’ Novembru 2012

  1. Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni — Politika tal-immigrazzjoni — Status taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti għal żmien twil — Direttiva 2003/109 — Għoti ta’ permess ta’ residenza inkwantu residenti għat-tul — Kundizzjonijiet — Obbligu li titressaq applikazzjoni għal permess ta’ residenza — Ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun volontarjament irtira l-applikazzjoni tiegħu — Konsegwenza

    (Direttiva tal-Kunsill 2003/109, Artikoli 5 u 7(1))

  2. Ċittadinanza tal-Unjoni — Dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri — Direttiva 2004/38 — Benefiċjarji — Membri tal-familja — Kunċett — Axxendent li ma huwiex dipendenti fuq ċittadin tal-Unjoni — Esklużjoni

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/38, Artikolu 2, punt 2(d) u Artikolu 3(1))

  3. Ċittadinanza tal-Unjoni — Dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri — Direttiva 2004/38 — Benefiċjarji — Membri tal-familja — Kunċett — Konjuġi — Konjuġi li jgħixu separatament — Inklużjoni

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/38, Artikolu 2, punt 2(a) u Artikolu 3(1))

  4. Ċittadinanza tal-Unjoni — Dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri — Direttiva 2004/38 — Benefiċjarji — Membru tal-familja li ma jkunx akkumpanja jew ingħaqad ma’ ċittadin tal-Unjoni — Esklużjoni

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/38, Artikolu 3(1))

  5. Ċittadinanza tal-Unjoni — Dispożizzjonijiet tat-Trattat — Kamp ta’ applikazzjoni — Ċittadin tal-Unjoni li jkun eżerċita d-dritt ta’ moviment liberu tiegħu — Kundizzjoni għall-inklużjoni — Applikazzjoni ta’ miżuri li għandhom bħala effett li jċaħħdu mit-tgawdija effettiva tal-parti essenzjali tad-drittijiet mogħtija permezz tal-istatus ta’ ċittadin tal-Unjoni — Rifjut mill-Istat Membru ta’ oriġini ta’ ċittadin tal-Unjoni tad-dritt ta’ residenza skont id-Direttiva 2004/38 lil membru tal-familja ċittadin ta’ pajjiż terz — Ċirkustanza insuffiċjenti sabiex tiġi stabbilita din iċ-ċaħda — Evalwazzjoni fir-rigward tal-Artikolu 51 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali — Sitwazzjoni li ma taqax taħt id-dritt tal-Unjoni